Samuel Lucas – Page 22 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Filmat: Se jsir inġinier minkejja li jbati mid-Dyslexia

Dan huwa Gary.

Student tal-Inġinerija fl-MCAST u black-belt fl-arti marzjali tal-Karate.

Jekk ma tkunx tafu tassumi li l-ħajjet dan iż-żagħżugħ sa issa kienet waħda ħarir madankollu l-esperjenza tiegħu f’din id-dinja mhux minn dejjem kienet ward u żahar.

Dan hekk kif meta kien żgħir, Gary skopra li kellu l-kundizzjoni tad-Dyslexia.Aqra aktar

Jitħabbar proġett ta’ restawr fuq il-Kurċifiss ta’ Ġieżu

Ħafna jafu bil-leġġenda tal-Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ġieżu fil-Belt.

Il-leġġenda ddur mal-wiċċ sabiħ ta’ Kristu tturmentat bl-uġigħ tal-passjoni fejn jingħad li l-kurċifiss sar mill-anġli minħabba l-perfezzjoni tagħha. Dan wara li l-artist Frate Innocenzo da Petralia qam darba filgħodu u sab ir-ras tal-istatwa lesta.Aqra aktar

L-irġiel akkużati bil-qtil ta’ Eleonor Mangion Walker jinżammu arrestati fuq każi ta’ serq

Andrew Mangion u Kristijan Zekic, l-akkużati fil-każ tal-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker sentejn ilu, inżammu taħt arrest wara akkużi ta’ serq waqt li kienu fuq bail.
Mangion ta’ 42 sena minn San Ġwann kien akkużat li seraq flus u oġġetti minn appartamenti f’San Ġiljan u Tas-Sliema.
Zekic ta’ 36 sena mill-Qawra kien akkużat ukoll b’żewġ serqiet fit-13 ta’ Settembru u fis-17 ta’ Diċembru tal-2015.
Huwa ġie mixli wkoll li l-Erbgħa waranofsinhar attakka u rreżista uffiċċjali tal-Pulizija fil-Qawra.
Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja u ser jinżammu taħt arrest.

ARA: Il-PN bl-inkwiet fil-Belt Valletta

L-inkwiet għall-Partit Nazzjonalista mexa wkoll fil-lokalitá tal-Belt Valletta hekk kif dawk fid-Dar Ċentrali m’humiex kuntenti bis-Sindku, Alexei Dingli.

Żvelat dan il-gażżetta Kullħadd hekk kif ħafna nnuttaw li waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista fil-Fosos tal-Furjana wieħed mill-ftit kunsilliera li tkellmu waqt il-laqgħat kien Chris Micallef – il-Viċi Sindku.Aqra aktar

Aġġornat bil-Filmat: Malta ssalva 58 immigrant li mhux se jibqgħu f’Malta

Tmienja u ħamsin immigrant u kelb li kienu abbord il-vapur MV Aquarius, iddaħħlu Malta sabiex issa jitqassmu f’erba pajjiżi differenti mingħajr ma’ ħadd minnhom jibqa’ jirrisjedi f’pajjiżna.

L-operazzjoni seħħet iktar kmieni llum hekk kif il-Forzi Armati ta’ Malta permezz tal-lanċa P52 daħħlu lill-immigranti f’Xatt it-Tiben fil-Furjana.

 

Ħa jitneħħew minn fuq vapur tal-NGO’s u jittieħed fuq vapur militari Malti tal-Forzi Armati ta’ Maltin bl-iskop illi dawn il-persuni jiddaħħlu fil-bażi militari Maltija umbad mal-ewwel jitqassmu f’erba’ pajiiżi differenti. Ħadd minnhom ma’ jibqa’ Malta.

L-immigranti ser ikunu qed jitqassmu bejn Franza, il-Ġermanja Spanja u l-Portugall li ser jieħdu għaxar immigranti.

Il-vapur MV Aquarius ma setax jidħol fl-ibħra Maltin hekk kif jinsab ibaħħar mingħajr bandiera wara li l-Panama rrevokat ir-reġistrazzjoni ta’ dan il-bastiment.

Fost l-immigranti li ddaħħlu kien hemm 18-il tifel u tifla u mara tqila.

B’reazzjoni għal din l-operazzjoni l-Prim Ministru qal li Malta setgħet segwiet id-direzzjoni ta’ pajjiżi oħra iżda għażlet li tieħu l-aktar triq responsabbli.

 

L-għażla li nagħmlu aħna u din ser nerfa’ ir-responsabbiltá sħiħa jien fuq spallejja fuq din l-għażla. L-għażla li nagħmlu aħna hi li nkunu parti mis-soluzzjoni u mhux parti mill-problema.

Intant fuq Twitter, is-segretarju parlamentari għall-Annimali Clint Camileri qal li l-kelb huwa Maltese Terrier u li wara sarulu sensiela ta’ testijiet fis-sezzjoni tal-kwarantina tal-annimali f’Ħal-Luqa, irriżulta li l-kelba hija b’saħħitha u ma jidhirx li għandha mard.

Intant, il-kelba ħa tibqa’ fi kwarantina sakemm isirulha aktar testijiet.

Aqra aktar

Send this to a friend