Samuel Lucas | One News - Part 2

Samuel Lucas

Notifiki

Moviment favur il-kwalità tal-ħajja u l-ambjent

F’attivitá oħra taħt it-tinda fil-lokalitá ta’ Birzebbuga, l-Prim Ministru Joseph Muscat wera biċ-ċar kemm il-moviment Laburista huwa kommess li jtejjeb il-kwalitá tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Dan b’differenza għall-Gvernijiet preċedenti.

Filfatt rrefera għat-tletin tomna ta’ art f’Birzebbuga li fiha ser ikunu qed jittħawwlu 8000 siġra. L-istess art li taħt Gvern Nazzjonalista kienet identifikata bħala żona fejn fiha kien ser jitwessa’ l-Freeport.

Aqra aktar

Ngħaqqdu pajjiż, mhux nifirduh

Ngħaqqdu pajjiż, mhux nifirduh. Dan hu messaġġ li l-Partit Laburista nieda fit-toroq tal-pajjiż ftit tal-ħin ilu.

Messaġġ li jkompli jfisser il-viżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Partit Laburista għax-xhur u s-snin li ġejjin.

Il-PL – Aħna noħolqu x-xogħol u mhux niżirgħu l-firda

“Illum ħriġna messaġġ li aħna noħolqu x-xogħol u mhux niżirgħu l-firda. Dak huwa l-essenza tal-prinċipji ta’ dan il-moviment. Il-fatt li aħna rridu noħolqu l-ġid, l-ġid jrid igawdih kulħadd u l-ġid iġib aktar ġid. In-nies il-firda ma jriduhiex. Aħna ksibna r-riżultati meta konna maqgħudin bħala poplu.” Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza l-programm 2505 minn taħt it-tinda ġewwa Ħaż-Żebbuġ.

Aqra aktar

Send this to a friend