Samuel Lucas – Page 18 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Serb isalva l-ħajja ta’ tfajla li kienet qiegħda tegħreq fil-bajja ta’ Golden Bay

Dan hu Djordje.

Żagħżugħ Serb li madwar sentejn ilu ġie Malta sabiex iduq u jesperjenza ħajja differenti.

Għal dawk li ta’ kuljum iżuru l-bajja ta’ Golden Bay f’Għajn Tuffieħa forsi sar wiċċ familjari. Dan hekk kif Djordje li llum il-ġurnata huwa membru fis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, ta’ kuljum ikun qed jissorvelja l-bajja. Aqra aktar

Żieda ta’ 10,000 mutur fi tliet snin

Il-miżuri li daħħal il-Gvern fl-aħħar snin bil-għan li joħloq kuxjenza akbar dwar mezzi alternattivi ta’ trasport qiegħda tħalli l-frott mixtieq hekk kif f’dawn l-aħħar tliet snin Transport Malta kellha żieda ta’ madwar 10,000 mutur fit-toroq Maltin. Aqra aktar

Daqqa ta’ ponn wara li ma ħallasx il-kera

Raġel ingħata l-libertà kkundizzjonata wara li kien akkużat li ta daqqa ta’ ponn lil raġel ieħor f’wiċċu wara li ma ħallasx il-kerà.

Antoine Saliba ta’ sitta u tletin tressaq il-Qorti akkużat li fil-5 ta’ Awwissu tal-elfejn u ħdax huwa beda ġlieda ma’ Joseph Borg.

Aqra aktar

F’sena attirajna aktar minn €170 miljun f’investiment

Matul is-sena li għaddiet Malta attirat iktar minn 170 miljun ewro f’investiment. Dan ikkonfermawh figuri għas-sena 2018 hekk kif il-Malta Enterprise approvat 150 proġett li fi tliet snin mistennija joħolqu 1,700 impjieg ġdid. Dan qed isir b’investiment kemm barrani u anke minn negozji lokali, li lkoll qed iħossu s-saħħa fl-ekonomija u qed jinvestu flushom f’Malta stess. Aqra aktar

Send this to a friend