Samuel Lucas – Page 11 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

“Fil-PN jeħtieġ bidla radikali” – Saviour Balzan

F’jum li fih il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b’maġġoranza rekord ta’ 51,600 elf vot, bosta esperti midħla tax-xena politika f’pajjiżna lissnu l-ħsibijiet tagħhom.

Fost dawn kien hemm l-editur maniġerjali tal-ġurnal MaltaToday Saviour Balzan, fejn ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet sostna li din it-telfa kbira li ġarrab il-Partit Nazzjonalista tipponta għal bidla fit-tmun tal-istess Partit.Aqra aktar

“Mhux aħna u huma, imma aħna lkoll li nfittxu dak li jgħaqqadna” – il-Prim Ministru

F’diskors f’Ħal Qormi, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, rringrazzja lill-mijiet ta’ Maltin u Għawdxin minn kull sfera tal-ħajja li b’rieda tajba, wara dak li ġara lbieraħ u wara d-diskors f’Għawdex għamlu kuntatt miegħu biex jgħidulu li jaqblu ma’ li qal u l-ħtieġa li dan il-pajjiż ikun wieħed magħqud.

“Għandna opportunita’ ta’ darba, opportunità storika li minn storja ta’ biża’, nistgħu niżirgħu siġra ta’ tama. Tama bil-fatti u bidla li kull waħda u wieħed minnha rridu nkunu parti minnha,” qal il-Prim Ministru u rrikonoxxa l-fatt li għalkemm l-integrazzjoni se toffri sfidi ‘l quddiem, bħala pajjiż magħqud, irridu nsolvuhom u ma nħallux problemi oħra jinqalgħu fil-futur.

Muscat sostna li meta pajjiżi oħra ffaċċjaw dak li affaċċjajna aħna, in-nies ta’ ġilda skura spiċċaw iddisassoċjati mis-soċjeta’ u mhux stmati daqs ħaddieħor.Aqra aktar

Dehra ġdida għall-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta b’investiment ta’ €500,000

Wara li għal snin twal tħalla fi stat ta’ abbandun, Ġnien l-Għarusa tal-Mosta ingħata dehra friska u ġdida hekk kif għadda minn proġett ta’ riġenerazzjoni b’investiment ta’ nofs miljun ewro.

F’ċerimonja ta’ inawgurazzjoni li għalih attenda l-Prim Ministru Joseph Muscat, intqal kif grazzi għax xogħol ta’ Ambjent Malta dan il-ġnien irritorna għal glorja tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend