Samuel Lucas | One News - Part 10

Samuel Lucas

Notifiki

“Nixtieq nara lil ommi u nixtieq li nkunu bħal qabel”- resident f’Dar Papa Franġisku li tkeċċa minn daru

Għal bosta, żmien il-Milied huwa żmien ta’ ferħ u ċelebrazzjoni. Fil-bidu tax-xahar, dlonk nibdew inżejnu djarna sabiex nidħlu fl-atmosfera u kif jgħaddu l-festi, bosta jitwerwru jitilgħu fuq il-miżien!

Iżda, din mhix ir-realta ta’ kulħadd għax fostna hawn uħud li minħabba problemi soċjali, jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.Aqra aktar

L-ERA tissieħeb fi proġett ta’ riċerka dwar sehem it-teknoloġija fil-ġbir tal-iskart

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, ħabbru li ser jieħdu sehem fi proġett ta’ riċerka minn Interreg Europe bl-isem winpol.

Proġett li l-għan tiegħu huwa li jkompli joħloq kuxjenza fuq is-separazzjoni tal-iskart filwaqt li jgħin jimmotiva l-implimentazzjoni ta’ smart bins u iktar għodod teknoloġiċi relatati mal-ġbir tal-iskart.Aqra aktar

Inawgurat ġnien pubbliku f’Ħaż-Żebbuġ b’investiment ta’ €170,000


Iż-Żebbuġin issa jistgħu jgawdu minn ġnien pubbliku atrezzat u rinovat. Dan b’investiment ta’ €170,000.

Dan hekk kif aktar kmieni llum dan il-ġnien pubbliku li fost oħrajn huwa mgħammar b’apparat tal-gym bil-għan li jimmotiva lil persuni u tfal li jiffrekwentawh sabiex jieħdu sehem f’attività sportiva, ġie inawgurat.

Parti mill-ġnien ser ikun ukoll allokat għall-istudenti tal-ekoskola li jattendu l-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ sabiex b’hekk ikunu jistgħu ikabbru l-pjanti u siġar.Aqra aktar

“It-tkabbir ekonomiku niksbuh biex intejbu l-ħajja tan-nies”- il-PM

F’ġimgħa fejn l-ekonomija ta’ pajjiżna kienet ikkonfermata bħala l-iktar waħda li kibret fl-Ewropa, il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser kif it-tkabbir ekonomiku qiegħed hemm biex il-gvern ikompli jtejjeb il-ħajja tan-nies.

F’attività politika fin-Naxxar, spjega kif dan il-gvern qed jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies, u sostna kif l-iktar avveniment li laqtu din il-ġimgħa kien meta tnieda servizz ta’ respite għall-qraba tal-persuni b’diżabbiltà b’investiment ta’ miljun ewro.Aqra aktar

Il-bdoti se jkunu jistgħu jikkontrollaw l-ajruplan permezz tal-vuċi tagħhom


Dan li jidher fil-filmat t’hawn taħt huwa parti minn proġett ġdid li tnieda mill-Istitut tat-Tekonoloġija Aerospazjali fi ħdan l-Università ta’ Malta, li permezz tiegħu, il-bdoti se jkunu jistgħu jikkontrollow u jimmanivuraw ukoll l-ajruplan permezz tal-vuċi tagħhom.

Il-proġett magħruf bl-isem Touch-Flight 2 jsegwi Touch Flight 1 li permezz tiegħu, il-kontrolli u l-istrumenti kollha fil-kabina tal-ajruplan inġibu eqreb tal-bdot.Aqra aktar

RITRATTI: Il-PM jinawgura l-grawnd tal-futbol f’Birżebbuġa

Minkejja l-Maltemp li ppersista matul il-jum, kienet ġurnata mill-isbaħ għall-lokalità ta’ Birżebbugia hekk kif ġie inawgurat grawnd tal-futbol attrezzat b’dak kollu meħtieġ għal dawk dilettanti tal-logħba tal-futbol.

Proġett minn Sport Malta li ġie inawgurat mill-Prim Ministru Joseph Muscat b’investiment ta’ ftit iktar minn żewġ miljun ewro u li jimmarka wegħda oħra mwettqa mill-Gvern.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru saħaq li dan il-Gvern huwa impenjat bis-serjetà li jinvesti fil-faċilitajiet sportivi tant li din is-sena biss nefaq €13-il miljun. Dan għal kuntrarju ta’ dak li kien isir fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti, fejn kienu jintefqu madwar €5 miljun biss f’sena.Aqra aktar

Send this to a friend