Rodrick Zerafa | One News

Rodrick Zerafa

Notifiki

ARA: Clean UP fil-Floriana

Il-lokal tal-Floriana llum ingħaqad għal jum ta’ tindif. L-avveniment “Żomm l-Indafa fil-Floriana” se tkun qed issir bejn it-08:30 u s-13:00, hekk kif dan il-lokal jospita numru ta’ organizzazzjonijiet, negozji, u ambaxxati ewlenin.

Aqra aktar

Clyde Puli skomdu dwar “l-editorjal patetiku”

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-Partit Nazzjonalista mhux partit tal-mumji. Dan meta mistoqsi minn One News dwar il-battibekk li nqala’ fil-bidu tal-ġimgha bejn il-Kap tal-Midja tal-parit Pierre Portelli u d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fuq editorjal ta’ The Times li fil-mira tiegħu kellu lill-familja tal-Prim Minsitru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni.Aqra aktar

49 platt ġdid lill-anzjani mill-kċina ġdida ta’ San Vinċenz

 

Kċina nadifa u ta’ kwalità. Hekk biss tista’ tiġi deskritta l-kċina l-ġdida li kienet inawgurata f’Ġunju li għadda fir-residenza San Vinċenż de Paul. Wara ftit ġimgħat topera, ONE NEWS żar il-faċilitajiet li toffri din il-kċina waqt il-preparamenti ta’ ġurnata tipika fir-residenza.

James Carabott, il-Hospital Planning Manager spjegalna kif il-bżonn ta’ kċina ġdida kien ilu jinħass anka għall-fatt li kien hemm bżonn ta’ tagħmir aktar modern biex jaqdu d-domanda li kull ma jmur dejjem qed tikber.

Carabott qal li “Ridna ninvestu f’infrastruttura ġdida biex nibqgħu naqdu dawn il-bżonnijiet għaliex l-infrastruttura kif kienet ma setgħetx tilħaq ma dan il-livell. Illum il-kċina hija attrezzata bl-aktar equipment modern biex dawn il-prattiċi li qed nitkellmu fuqhom biex l-ikel jasal għand ir-residenti tagħna b’mod safe inkunu nistgħu nilħquhom.”Aqra aktar

Filmat: Statwa ġdida għal Santa Katarina

Ilbieraħ filgħaxija, bosta Żrieraq kienu qegħdin fuq ix-xwiek biex isegwu iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni tal-istatwa tal-monument ta’ Santa Katarina f’Misraħ ir-Reppublika ż-Żurrieq.

Lura fiż-żmien, it-tradizzjoni kienet tgħid li l-istatwa titulari tkun dejjem f’tarf ir-raħal. Infatti, fl-1766 kien hemm statwa fit-tarf taż-Żurrieq, dik ta’ Santa Katarina. Huwa għalhekk li fid-dawl ta’ tliet anniversarji importanti għaż-Żrieraq.Aqra aktar

BIL-FILMATI: Missier Puttinu

Missier ta’ żewġt itfal u nannu. Missier ukoll ta’ bosta tfal Maltin li sfortunatament għadddew mill-martirju u l-kalvarju tal-marda qarrieda tal-kanċer u b’hekk jirrikonoxxuh bħala t-tieni missier tagħhom li salvalhom ħajjithom.

Aqra aktar

Patrimonju Malti minn frammenti tal-arkeoloġija

Waqt seminar organizzat minn Heritage Malta bħala parti minn sensiela ta’ seminars dwar l-arkeoloġija fil-preistorja, perjodu klassiku u dak medjavali, l-pubbliku prezenti seta’ jifhem aħjar dawn il-fdalijiet li nstabu xi jfissru.

Dawn il-frammenti arkeoloġiċi wara ħafna studju u riċerka minn għadd ta’ nies ta’ Heritage Malta fost oħrajn, tul dawn is-seminar qegħdin jitpoġġew f’ kuntest tal-użu tagħhom fl-epoka li kienu parti minna, kif spjega ic-COO ta’ Heritage Malta, Kenneth Gambin, dawn it-tip ta’ frammenti jvarjaw.Aqra aktar

Send this to a friend