Rebecca Buttigieg – One News

Rebecca Buttigieg

Rebecca Buttigieg hija attivista u temmen li l-politika hija għodda sabiex nixprunaw il-bidla fil-pajjiż b’inizjattivi konkreti. Gradwata fid-Diplomazija mill-Università ta' Malta u kisbet Masters mill-Università ta’ Edinburgh. Hija ħadmet fi Brussell waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u wara l-elezzjoni tal-2017 assumiet ir-rwoll ta’ Uffiċċjal tal-Komunikazzjoni fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar. Fl-2018 inħatret bħala Uffiċċjal taż-Żgħażagħ fi ħdan il-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista fil-Gżira.

Notifiki

Bis-serjetà?

Jidher li għal xi wħud f’din id-dinja, li tkun mara b’opinjoni hu l-ekwivalenti li tkun qaħba.

Nixba nisma’ u naqra it-tgħajjir li jaqilgħu ta’ kuljum politiċi nisa jew inkella nisa ta’ ċertu kariga, kull darba li jesprimu l-opinjoni tagħhom fuq il-mezzi soċjali. Jaqbadni d-daħq (jew il-biki) kull meta xi ħadd jeħoda bi kbira għax mara ikollha ħsieb ċar u loġiku, iżda xorta waħda tiġi redikolata u mgħajjra b’kull aġġettiv li tista’ timmaġina. U kieku tgħid li tiġi mgħajjra fuq twemminek jew jiġu redikolati l-argumenti, kieku fiha u ma fihiex. Imma le, l-argument jinżel fuq livell personali u dejjem jispiċċa bil-konklużjoni li l-povra mara hija xejn għajr minn qaħba.Aqra aktar

Naqilbu paġna ġdida

Midja; mezz biex tikkomunika man-nies, pajjiżi differenti u mad-dinja kollha.

It-tisħiħ tal-midja huwa sinjal ta’ demokrazija b’saħħita u ħadd ma jista’ jiċħad l-irwol tal-midja fit-tfassil tas-soċjetà. Għalhekk, il-midja għandha responsabbiltà kbira fuq spallejha. Huwa id-dmir tal-midja li tinforma u tiggwida lill-qarrejja tagħha dwar dak li qed jiġri madwarhom billi tippreżenta l-fatti kif inhuma. Il-mezzi tax-xandir għandhom ukoll l-obbligu li jagħmlu distinzjoni bejn dak li hu fatt u opinjoni.Aqra aktar

Bejn l-Amerika ta’ Trump u l-Ewropa

Kien mument li l-Ġermaniżi jsejħulu Katastrophe.

M’hemmx bżonn ta’ traduzzjoni.

Dik li suppost kienet laqgħa sempliċi bejn pajjiżi alleati, malajr żvolġiet f’diżastru politiku hekk kif il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, beda s-summit annwali tan-NATO billi jinsulta lill-Kanċieller Ġermaniża Angela Merkel, quddiem il-pajjiżi kollha Ewropej u l-kameras tat-televiżjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend