Raymond Muscat | One News

Raymond Muscat

Ray Muscat huwa edukaturi b’esperjenza fl-iskejjel statali Maltin sa mill-1986. Kien għalliem tat-Taljan għal 13-il sena fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli u għal dawn l-aħħar erbatax-il sena huwa amministratur fl-iskola sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu. Ray Muscat huwa wkoll kittieb. Kiteb scripts għar-Radju u r-Televiżjoni tal-istat b’xogħolijiet bħal ‘Fil-Kikkra!’, ‘Tlaqna!’ u ‘Oops!’. Sal-lum ippublika żewġ kotba għat-tfal bl-istejjer ta’ Lippu l-Purtinar u ktieb għall-adulti bit-titlu 'Naħqa ta’ Ħmar’. Jinteressah ħafna l-aspett politiku mhux partiġġjan u t-temi soċjali u edukattivi, b’mod speċjali ma’ dawk li sfortunatament jaqgħu lura fil-mixja tal-ħajja.

Notifiki

Lil hinn mill-vot u l-marijuana!

X’imkien darba qrajt li jekk ma tagħmilx skoss ħmerijiet meta tkun għadek żagħżugħ, ma jkollok xejn divertenti x’tirrakonta meta tikber fl-età u tixjieħ!

Għax iż-żgħożija ħafna drabi hija assoċjata ma’ dik l-età meta nieqes mill-irbit, obbligi u responsabbiltajiet, wieħed kważi kważi għandu l-permess li jitbellaħ xi ftit u jagħmel xi ħmerija ’l hawn u ‘l hemm.

Iżda lil hinn minn dan il-ħsieb pwerili dwar iż-żgħożija, nistaqsi:  Fis-soċjetà tagħna tal-lum iż-żgħożija hi marbuta esklussivament ma’ żmien il- ‘ma jimpurtanix’ u x-xalar u d-divertiment, u llum hawn u għada minn rah?  Tagħmel sens li l-Parlament approva b’mod unanimu l-Vot 16?  Huwa f’postu li niddikjaraw li z-żgħażagħ aktar moħħhom fil-marijuana milli fis-sens ċiviku tagħhom?Aqra aktar

Il-vjaġġ it-tajjeb!

Le minix noħlom!  Lanqas maqtugħ mir-realtà!

Konxju mill-fatt li s-Sajf għadda u żmien il-vjaġġi nħalluh għal Sajf ieħor!

Il-vjaġġ li qed nalludi għalih huwa l-vjaġġ fl-iskejjel tagħna primarji u sekondarji tagħna fejn l-edukaturi u l-istudenti se jitilgħu fuq l-ajruplan bl-isem ta’ ‘My Journey’ u jibdew il-vjaġġ tagħhom f’din il-fażi innovativa u eċitanti fl-istess ħin tal-qasam edukattiv f’pajjiżna.Aqra aktar

Iż-żerriegħa tad-dubju

Bidwi li kien iħobb jesperimenta iddeċieda li jferrex żerriegħa f’roqgħa tal-għalqa tiegħu.  Beda jsaqqiha u jindukraha u feraħ meta ra l-pjanta tinbet.  U għadda ż-żmien u l-pjanta nbidlet f’siġra.  U beda l-għawġ.  Il-friegħi tas-siġra bdew joħonqu lil xulxin!  Kull fergħa bdiet dieħla fl-oħra u d-dehra kienet twaħħax.  Mhux biss. Imma s-siġra bdiet tifrex il-friegħi fuq is-siġar l-oħra u toħnoqhom ukoll.  Kollu inkwetat il-bidwi mar jiċċekkja l-pakkett taż-żerriegħa li fettillu jxerred fl-għalqa. Kif qara t-tip ta’ żerriegħa kesaħ.  Mingħajr ma jaf kien żera’ ż-żerriegħa tad-dubju!Aqra aktar

 Tiela’ ħajt ieħor?

Persważ li kulħadd jiftakar ix-xeni ta’ ferħ li ddominaw il-belt ta’ Berlin meta fid-9 ta’ Novembru tal-1989 waqa’ il-famuż ħajt li għal snin sħaħ kien qasam din il-belt fi tnejn u li kien is-simbolu tal-qasma li kienet teżisti bejn l-Ewropa tal-Punent u dik tal-Lvant.

29 sena wara, aħna li tant fraħna bil-waqgħa ta’ dan il-ħajt, qed naraw li l-Ewropa qed terġa’ tinqasam.  Din d-darba mhux minħabba l-Komuniżmu iżda taħt il-pressjoni tal-immigrazzjoni illegali li bħal baqqunier tal-prima qed tnaqqar u tkisser il-valuri demokratiċi li fuqhom ġiet mibnija l-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Mhux mat-tfal biss!

F’dawn l-aħħar ġimgħat smajna ħafna kif, bir-raġun, il-bullying iħalli marka kerha u xi drabi dejjiema fuq it-tifel jew tifla vittma ta’ bullying fiżiku jew verbali.

Bħala edukatur nifhem it-tbatija li jgħaddi minnha kull min hu vittma tal-bullying fl-iskejjel u ta’ kemm kull vittma ikollu jew ikollha bżonn ta’ sapport psikoloġiku kontinwu sabiex l-att tal-bullying ma joqtolx l-ispirtu tal-individwu.  Naf ukoll kemm hu mportanti li wieħed joffri l-għajnuna kollha lill-bully għax anke hu jew hi spiss ikun/tkun vittma ta’ sitwazzjoni ta’ rabja moħbija jew sens ta’ frustrazzjoni li jkun/tkun għaddej minnha.

Iżda l-bullying ma jsirx mat-tfal jew fl-ambjent tat-tfal biss.Aqra aktar

B’saqajna mal-art!

M’hemm l-ebda dubju li l-Partit Laburista qed jgħix wieħed mill-aqwa żminijiet tiegħu.  Prattikament qed itellaq waħdu, għax il-kompetituri, minbarra li huma inkompetenti, tfixklu u tgerfxu f’saqajhom.

Allura wieħed jistaqsi:  Il-Partit Laburista jista’ jagħmel li jrid?

Aqra aktar

Send this to a friend