Rachel Powell | One News - Part 5

Rachel Powell

Notifiki

Bibien miftuħa għall-Innovazzjoni

Teknoloġija fl-aqwa tagħha u spazji miftuha. Dan huwa dak li se tkun toffri il-kumpanija Gaming Innovation Group meta tiftaħ il-bibien tagħha f’San Ġiljan fejn se timpjega mitejn u ħamsin ħaddiem mat-tlett mija u ħamsin li diġa’ għandha f’pajjiżna.

Aqra aktar

1,100km sabiex jiġbru fondi għar-riċerka u l-kura tal-kanċer

Tkellimna ma’ Patrick Camilleri li għall-ewwel darba għamel l-isfida tar-Remax Alive 2017 Cycling Challenge. Għalkemm mhux l-ewwel darba li għamel avventura bir-roti, għalih din hija l-ewwel darba bir-road bike. Id-diffikultajiet waqt l-avventura ma naqsux, iċ-ċiklisti kienu motivati għall-aħħar.

Il-grupp beda l-perkors tiegħu minn Copenhagen fid-Danimarka, kompla lejn Berlin fil-Ġermanija fi triqtu lejn Warsaw fil-Polonja. B’hekk se jkunu qed ikopru d-distanza ta’ 1,100km f’ġimgħa jiġifieri madwar 165km kuljum.

Aqra aktar

Jagħlqu l-Kiosk f’Ta’ Fra Ben

Wara li l-bieraħ saret azzjoni konġunta bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Awtorità tal-Artijiet li matulha tneħħew umbrelel u deckchairs mill-bajja Ta’ Fra Ben fil-Qawra, dalgħodu iż-żewġ awtoritiajiet komplew bil-ħidma tagħhom ta’ infurzar fl-istess lokalita’.

Aqra aktar

Bejn intriċċi legali u r-realtà

  • Il-prostituzzjoni teżisti: Se nibqgħu nħarsu n-naħa l-oħra?
  • Għaqdiet tan-nisa jopponu r-regolarizzazzjoni
  • Esperti legali u tal-kriminoloġija jimmarkaw il-vantaġġi ta’ bidla

Il-prostituzzjoni f’pajjiżna hi realtà li teżisti bħalma teżisti f’kull pajjiż ieħor fid-dinja. Għal żmien twil ma kinetx suġġett ewlieni fl-aġenda tad-diskussjoni f’pajjiżna, iżda dikjarazzjoni tal-Prim Ministru dwar kif għandna nibdew niddiskutu jekk dan hux settur li għandu jkun regolarizzat wasslet biex id-dibattitu beda. Joseph Muscat għamilha ċara kif waħda mill-iktar affarijiet li tweġġgħu hi li pajjiżna jsib postu f’rapporti dwar traffikar ta’ persuni, partikolarment nisa għal skop ta’ prostituzzjoni, u s-soċjetà sal-lum għażlet li tinjora din ir-realtà. Bl-istil tiegħu l-Prim Ministru jidher li jrid jieħu din il-kwistjoni b’mod dirett bil-għan li l-iktar vulnerabbli jkunu mħarsa. Dwar dan, irridu naraw u nifhmu li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jibdew jikkontribwixxu għad-dibattitu persuni minn oqsma differenti.

Aqra aktar

1,400 student kisbu ċ-ċertifikat tal-MATSEC

  • ANALIŻI DETTALJATA TMERI RAPPORT LI ĠABUH BISS WIEĦED MINN TLIETA
  • KWAŻI SUĊĊESS TA’ 50%

Analiżi dettaljata tal-istatistika dwar ir-riżultati tal-MATSEC turi li kienu kważi nofs l-istudenti li pprovaw jiksbu l-kwalifika taċ-ċertifikat tal-MATSEC, biex jidħlu l-Università, li rnexxielhom jagħmlu dan. B’hekk din l-analiżi xxejjen rapport li qal li kienu biss 34%, jew wieħed minn kull tlieta tal-istudenti, li ssodisfaw dawn il-kriterji.

Dario Pirotta Direttur tal-bord tal-MATSEC ikkonferma li “dan ‘il-fatt’  ma joħrogx minn analizi dettaljata tal-istatiska ippreżentata. Din turi li 4019-il  kandidat resqu għall-eżamijiet tal-Matrikola fil-livell Avvanzat u Intermedju. Dan ma jfissirx li kollha resqu għas-sitt suġġetti mitluba biex jikkwalifikaw għaċ-ċertitifikat tal-Matrikola.”

Aqra aktar

Send this to a friend