Rachel Powell | One News - Part 4

Rachel Powell

Notifiki

Filmat: Jisfronda parti mis-saqaf tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fir-Rabat

Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.

Sorsi fuq il-post qalulna li Fr Martin Coleiro, l-Gwardjan tal-Knisja, ġie assistit minn tabib minħabba x-xokk. Jidher li hemm ħsarat estensivi hekk kif  l-artal tan-nofs tkisser kompletament, u l-artal li fuqu hemm it-tabernaklu xxaqqaq f’ żewġ bnadi iżda jista’ jitranġa.

Fuq il-post jingħaqdu numru mdaqqas ta’ voluntiera li bdew ineħħu t-terrapien u t-tifrik. Ser jitpoġġa tapit u fuqu folji biex joħorġu l-materjal bil-krieret sabiex ma ssirx ħsara lill-irħam tat-twiebet ta’ mal-art.

Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru l-ħerba li ħalla dan l-inċident fil-Knisja b’mod partikolari fis-saqaf tal-knisja li hija fost l-eqdem fir-Rabat.Aqra aktar

Ftehim bejn il-BBC u l-MTA

Fi stqarrrija l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ħabbret li għall-ewwel darba fl-istorja, l-istazzjon nazzjonali Ingliż BBC iffirma ftehim mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), biex ikun preżenti fil-palk  prinċipali ta’ festival ewlieni fid-dinja tal-mużika li se jsir f’pajjiżna llum.

Dan grazzi għal ħidma li qed twettaq l-MTA biex tkompli tippromwovi lil Malta fost niċċa ta’ turiżmu żagħżugħ u jkompli joħroġ ċar id-diversità li jgawdi minnha l-prodott turistiku Malti.Aqra aktar

Ħajta li ma nqatgħetx

• Mit-tè tas-serħan il-moħħ għal xampanja ta’ ċelebrazzjoni

• 125 kumpanija tal-gaming jistennew il-liċenzja Hemm għexieren ta’ kumpaniji fis-settur tal-gaming jistennew li l-ġurisdizzjoni

Malta tagħtihom permess biex joperaw f’pajjiżna. Biex dawn qed iġibu fix-xejn id-diskors ta’ qabel l-elezzjoni mill-oppożizzjoni u dawk fl-establishment li jappoġġjawh. F’intervista ma’ Joe Borg, il-qassis tar-Radju tal-Knisja qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kien qal li s-servizzi finanzjarji u tal-gaming f’pajjiżna kienu qegħdin fuq ħajta. Ħajta li skont hu setgħet tinqata’ li kieku reġa’ tela’ fil-gvern Joseph Muscat. Saħansitra f’dibattitu ma’ Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qal li kellu SMS ta’ kumpanija li kienet lesta titlaq minn Malta li kieku Joseph Msucat reġa’ nħatar Prim Ministru.Aqra aktar

Jispikkaw kif inhuma

• 100 mara f’esibizzjoni b’messaġġ b’saħħtu

Jesponi l-vulnerabilità filwaqt li juri s-saħħa tan-nisa. Dan huwadak li għamel il-fotografu Steven Levi Vella, direttur ukoll tal-esibizzjoni magħruf għall-fotografija monokroma. Mal-gazzetta Kulħadd spjega l-ħsieb wara l-installazzjoni Artemisia: 100 Remarkable Women came to life. 

“L-esibizzjoni kellha turi l-oriġinalitàĦadt l-idea tar-rummiena, li fiha jkollha mijiet ta’ żerriegħa u li fil-mitoloġija kienet assoċjata mal-alla Griega Prosperina,” qalilna Levi Vella. Iżdax’messaġġ ried iwassal il-fotografuGħalih din kienet l-ewwel esibizzjoni ta’ din ix-xortaSpjegalna kif diġà kien ħadem fuq proġett li jwassal is-sbuħija tal-maraIżda l-proġett Artemisia huwa revoluzzjonarju għaliex juri l-awtentiċità, is-sbuħija naturali mingħajr kożmetiċi. “Jekk mara jkollha tebgħaċikatriċikollox se jkun espost fir-ritratt. Il-parteċipanti juru s-sbuħija vera tal-mara, d-dgħufijietil-biża’, iżda wkoll is-saħħau l-qawwa tagħhaHuwa dan li amel l-esibizzjoni suċċess u li attira l-attenzjoni.” Intużaw ħafna l-kuntrasti. Id-dawl u d-dlamli finalment jirrappreżentaw il-mixja li l-mara fadlilha tagħmel sabiex verament tikseb l-ugwaljanza.

Aqra aktar

Iwieġeb is-Sindku ta’ Pembroke

Fid-dawl tal-proposta ta’ bini ta’ skola fPembroke, iltqajna mas-Sindku ta’ Pembroke Dean Hili, fejn spjega l-problemi li qed tiffaċja din il-lokalita’ li tospita fiha erbatax-il skola u diversi faċilitajiet sportivi.

 X’inhi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp propost f’Pembroke? 

Il-posizzjoni tal-Kunsill fdan ir-rigward hija ċara u konsistenti. Il-Kunsill huwa kontra dan l-izvilupp u dan għal diversi raġunijiet – uħud prattiċi u relatati mal-ammont ta’ traffiku irraġjonevoli li erbatax-il skola diġa qegħdin jikkawżaw fPembroke, u oħrajn ta’ natura aktar ambjentali u morali.  Aqra aktar

Ħarġa ta’ Bolol bit-tema tal-Festi Maltin

Fi stqarrija MaltaPost ħabret li se tkun qed toħroġ sett ta’ bolol li juru statwi proċessjonali ta’ numru ta’ knejjes fil-Gżejjer Maltin. L-ewwel ħarġa tikkonsisti f’għaxar statwi ta’ Santa Marija li jinstabu fi knejjes madwar Malta u Għawdex. Aqra aktar

L-Iscouts ta’ Bormla fis-Sud Tirol

Il-ħolma ta’ Baden-Powell ta’ familja kbira ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja magħqudin fi spirtu ta’ fratellanza, ħbiberija u avventura għadha kif saret realta` waqt attivita` li fiha ħadu sehem grupp ta’ 21 Venture Scout u Leaders mill-Grupp tal-iScouts ta’ Bormla ġewwa l-Italja bejn is-17 u s-27 ta’ Lulju li għadda.

Aqra aktar

Ippubblikat il-ktejjeb ‘Mocktails’

F”kollaborazzjoni mal-ITS, il-Ministru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, Michael Falzon neda ktejjeb  bl-isem ‘Mocktails’, li jagħti  informazzjoni liż-żgħażagħ dwar xorb non-alkoħoliku.Aqra aktar

Send this to a friend