Rachel Powell | One News - Part 3

Rachel Powell

Notifiki

Il-Prim Ministru jżur il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat. Huwa kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.

Il-Prim Ministru qal li din hija ħasra għax il-kommunita’ Franġiskana kienu għadhom kif lestew parti mir-restawrar tal-Knisja. Huwa saħaq li dan ma kienx frott ta’ traskuraġni u li dan jista’ jixhdu hu stess. Huwa tkellem mal-Arċisqof sabiex jevalwaw strutturi li jistgħu ikunu perikolożi. Ġie identifikat post wieħed kappella li tinfetaħ darba fis-sena.

Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.

Għal iktar dettalji agħfas hawn.

 

Il-Ministru Justyne Caruana żżur il-faċilitajiet tal-korsa taż-żwiemel f’ Ta’ Xħajma

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żjaret il-korsa taż-żwiemel u l-faċilitajiet tagħha f’Ta’ Xħajma, limiti tax-Xewkija.

Filwaqt li rat il-faċilitajiet preżenti li toffri din il-korsa, il-Ministru Caruana stqarret li b’ippjanar serju u aktar riżorsi, il-potenzjal li toffri din il-korsa jistgħu jitgawdew mhux biss mid-dilettanti taż-żwiemel imma mill-pubbliku sportiv Għawdxi. Hija ħasra li matul dawn is-snin kollha, din il-korsa ma ngħatatx l-attenzjoni li jixirqilha,” tenniet il-Ministru Caruana.Aqra aktar

Il-President ta’ Malta żżur il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca, żaret il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat mmexxija mill-komunità tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, wara t-traġedja li seħħet matul il-lejl. Il-President ġiet milqugħa mill-Gwardjan tal-Franġiskani, Father Martin Coleiro u mill-Provinċjal, Fr Richard Grech.

Il-President appellat lill-Maltin u Għawdxin biex f’mument bħal dan, jingħaqdu flimkien u jagħtu l-kontribut tagħhom kif jistgħu, anke permezz tal-kont bankarju li ġie maħluq apposta (BOV – 400 2086 8884), sabiex jiġi kkonservat dan il-wirt storiku tagħna.

Il-President Coleiro Preca, rringrazzjat lill-membri tal-komunità’ tar-Rabat li kienu preżenti fil-Knisja u rringrazzjat lill-entitajiet kummerċjali li qed jagħtu l-għajnuna tagħhom ukoll bħala eżerċizzju ta’ Corporate Social Responsibility.

Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.

Fuq il-post jingħaqdu numru mdaqqas ta’ voluntiera li bdew ineħħu t-terrapien u t-tifrik. Ser jitpoġġa tapit u fuqu folji biex joħorġu l-materjal bil-krieret sabiex ma ssirx ħsara lill-irħam tat-twiebet ta’ mal-art.

Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru l-ħerba li ħalla dan l-inċident fil-Knisja b’mod partikolari fis-saqaf tal-knisja li hija fost l-eqdem fir-Rabat.

Għal iktar dettalji agħfsu hawn.

Għadd rekord ta’ sottomissjonijiet għall-ikbar kompetizzjoni għall-istart-ups tal-enerġija

’Il fuq minn 100 kumpanija li għadha tibda wriet interess li tipparteċipa f’‘PowerUp! by InnoEnergy’ – l-ikbar kompetizzjoni fl-Ewropa Ċentrali għal start-ups li qed jaħdmu biex isibu soluzzjonijiet għas-settur tal-enerġija. Il-kandidati kollha li għandhom proġett relatat mal-enerġija u li għandhom prototip, tim dedikat u li jbassru li se jniedu l-prodott fis-suq fi żmien tliet snin jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjoni.Aqra aktar

Salesian Brigade: il-kamp annwali f’Għajn Tuffieħa

Bħal kull sena is-Salesian Brigade organizza kamp tas-sajf kbir f’Għajn Tuffieħa fejn madwar 40 tifel u tifla u 25 Uffiċjal u voluntiera ħadu sehem u kollox mar sew bejn it-13 u t-18 t’ Awwissu 2017.  It-tfal kollha raqdu taħt tined tal-kanvas u qattgħu sitt ijiem imballati bl-attivitajiet.Aqra aktar

Titnieda konsultazzjoni pubblika biex nipproteġu l-integrita’ tal-Isport Malti

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet tal-Volontarjat, Clifton Grima flimkien mal-Malta Football Association ħabbru konsultazzjoni pubblika sabiex isiru l-aħħar tibdiliet fuq l-abbozz ta’ liġi intitolat Att dwar il-Prezenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport qabel il-Gvern jippreżentah għall-approvazzjoni fil-Parlament.Aqra aktar

Send this to a friend