Rachel Powell | One News

Rachel Powell

Notifiki

Koppji infertili mħeġġa jiksru s-silenzju

L-infertilità hija ħafna iktar komuni milli wieħed jimmaġina. Fil-fatt taffettwa koppja minn kull sitta. Fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea hemm madwar 25 miljun persuna li qed jiġu affettwati mill-infertilità. “Kisser is-Silenzju” hija t-tema ta’ attività li ttellgħet ilbieraħ fil-Belt fejn tqajmet aktar kuxjenza dwar l-infertilità. Tkellimna mal-organizzaturi, il-Malta Infertility Network.

“M’hemmx infertilità li hija eħfef biex tindirizzaha. Il-problemi mediċi mhux neċessarjament huma ugwali u hemm diversi kundizzjonijiet li jistgħu jikkawżaw infertilità. Kull koppja hija differenti u m’hemmx kejl wieħed li jgħodd għall-koppji. Meta l-kundizzjoni medika  tiġi ddijanjostikata mbagħad ikun hemm diversi trattamenti li wieħed jista’ jagħmel skont il-kundizzjoni tiegħu,” qalet kelliema għall-grupp.

Mir-riċerka jirriżulta li l-infertilità taffettwa lill-mara u lir-raġel b’mod ugwali. Filfatt taffetwa 33% tan-nisa, 33% tal-irgiel u 33% l-oħra jew ma hemmx spjegazzjoni ‘unexplained infertility’ jew il-problema tkun ġejja miż-żewġ naħat.Aqra aktar

Fond biex il-festi jsiru aktar aċċessibbli

Il-Gvern se jniedi inizjattiva bil-għan li l-festi jkunu iktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Ta’ kull sajf tqum il-kontroversja meta xi armar ixekkel l-aċċess għal xi wheelchair u s-Segretarjat responsabbli mill-persuni b’diżabilità se jkun proattiv billi jniedi fond għal dawk l-għaqdiet li jieħdu sehem fil-festi u li joħolqu inizjattiva biex il-festa tal-belt jew raħal tagħhom tkun iktar aċċessibbli. Din hi wkoll miżura tal-baġit.

Il-baġit allokat għal dan il-fond huwa ta’ €100,000. Biex il-każini tal-baned jibbenifikaw minn dan il-fond se jkunu mitluba jitfgħu applikazzjoni quddiem bord tal-għażla, li ħa jkun kompost minn professjonisti f’dan il-qasam. Minn tagħrif li ksibna jirriżulta li l-massimu li każin tal-banda jista’ jingħata minn dan il-fond huwa ta’ €10,000. Għalkemm iktar informazzjoni fuq din l-inizjattiva ser tingħata f’Jannar 2018.

Tkellimna ma’ Oliver Sciclulna, Ċermen tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità rigward din il-miżura.

Fi kliem Scicluna, mingħajr dubju l-inizjattiva hija pass tajjeb ’il quddiem biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni li kull sajf tinħoloq minħabba ċertu armar tal-festi li jostakola bankini diversi madwar Malta u Għawdex.Aqra aktar

Aktar skejjel bis-suġġett tal-Etika

Is-suġġett tal-Etika nfirex fi tmien skejjel oħra minn din is-sena skolastika biex b’hekk miexi l-pjan li sa ftit snin oħra jkun offrut f ’kull skola u sena fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat.

Dan anke għaliex is-suġġett tal-Etika se jkun offrut bħala suġġett tas-SEC O Level minn Mejju 2018. L-iskejjel ntgħażlu wara analiżi ta’ fejn tinstab l-akbar neċessità, filwaqt li ġiet ikkunsidrata d-disponibilità ta’ għalliema mħarrġa fis-suġġett. Is-suġġett tal-Etika iddaħħal fl-2014 bħala alternattiv għas-suġġett tar-Reliġjon skont ir-rakkomandazzjoni tad-dokument Qafas ta’ Kurrikulu Nazzjonali li kien ippubblikat fl-2012.Aqra aktar

Il-Prinċep Karlu f’Malta

Il-Prinċep Karlu jinsab f’Malta fejn għall-ħabta tas-19:00 se tkun qed tibda iċ-ċerimonja tal-ħamsa u sebgħin anniversarju mill-għoti tal-George Cross. Ċerimonja li se jattendi għaliha il-Prinċep Karlu, Prinċep ta’ Wales.

Għada l-Prinċep Karlu se jkun il-kelliem ewlieni waqt il-konferenza Our Ocean, li se tkun qed tinżamm f’pajjiżna għall-ewwel darba.

Bħala mexxej favur l-ambjent li ilu jmexxi kampanja favur is-saħħa u r-reżistenza tal-oċean għal aktar minn 40 sena.Aqra aktar

Jinħass il-bżonn ta’ bidla fir-reġjuni

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis iltaqa’ mal-Kumitat tar-Reġjun tat-Tramuntana u qal li hekk kif ħa l-inkarigu ta’ segretarju parlamentari mal-ewwel beda bil-ħidma li għandha twassal għal riforma fil-qasam tal-Gvern Lokali.

Silvio Parnis qal li l-istrateġija tar-riforma tinkludi b’mod kruċjali li jkun hemm konsultazzjonijiet u diskussjonijiet mas-setturi kollha biex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet. Ir-riforma tal-Gvern Lokali trid tara bidla fir-rwol u fil-poteri tar-reġjuni u s-Segretarju Parlamentari qal li jixtieq jiltaqa’ ma’ dan ir-reġjun biex jisma’ l-aspirazzjonijiet u l-proposti li għandu għall-bidliet li hemm bżonn isiru. Biex jitwettqu l-aspirazzjonijiet u l-proposti diversi, hemm bżonn ta’ fondi meħtieġa għalhekk ġew ivvutati wkoll fondi speċifiċi biex ir-reġjuni jwettqu pjan ekonomiku, soċjali, kulturali u reġjonali.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li hu kuntent bil-kontribut ta’ kulħadd u li għandu jkun hemm riforma fil-qasam tal-Gvern Lokali li tħares lejn l-interessi ta’ kulħadd, kemm ta’ dawk li joperaw fil-kunsilli lokali kif ukoll ta’ dawk li jirċievu servizzi mingħandhom, filwaqt li appella biex issir ħidma kollettiva biex b’hekk din ir-riforma tkun suċċess.

 

Il-Ministru Ian Borg jiltaqa’ mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali waqt il-Ġimgħa tat-Tbaħħir f’Londra

Il-Ministru Ian Borg jinsab fir-Renju Unit biex jattendi avvenimenti importanti organizzati għall-Ġimgħa tat-Tbaħħir f’Londra. Ilbieraħ Dr Borg iltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-IMO Kitack Lim. L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) hi l-aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti li tistipula l-istandards globali fejn jidħlu affarijiet ta’ tbaħħir u hi responsabbli għas-sigurtà f’dan is-settur u għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar mill-bastimenti. Malta ilha membru mill-1996 u bħalissa tifforma parti mill-Kunsill.Aqra aktar

Il-Prinċep ta’ Wales f’ Malta għall-75 anniversarju mill-għoti tal-George Cross

Il-Prinċep ta’ Wales, li hu wkoll il-President tal-Victoria Cross and George Cross Association, nhar l-4 ta’ Ottubru se jżur Malta biex ifakkar il-75 anniversarju mill-għoti tal-George Cross.

 Ir-Re Ġorġ VI kien ta l-George Cross lil Malta nhar il-15 ta’ April, 1942 bħala għarfien tal-qlubija, tal-erojiżmu u tad-devozzjoni li l-Maltin urew tul l-assedju fit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-George Cross baqa’ jidher fuq il-bandiera nazzjonali bħala simbolu tal-qlubija tal-poplu tul il-gwerra.Aqra aktar

Send this to a friend