Pearl Agius | One News - Part 5

Pearl Agius

Notifiki

BIL-FILMAT: Ser jinżergħu 53 siġra fil-foss tal-Belt Valletta

Tlett snin ta’ preparazzjoni u riċerka intensiva wasslu għat-tħawwil ta’ tlieta u ħamsin siġra u għażla sħiħa ta’ pjanti indiġeni li jsebbħu l-madwar tal-foss bl-ilwien tagħhom skont l-istaġun. Dan it-tħawwil ser ikompli jikkumplimenta l-proġetti varji li saru bil-għan li l-Belt Kapitali Maltija tkompli tgħaxxaq il-viżitaturi li ta’ kuljum jgħaddu minn fuq il-foss tal-belt.

Iltqajna ma’ Joseph Schembri, il-konsulent tal-ortikultura fi ħdan il-korporazzjoni ta’ riġenerazzjoni tal- Port il-Kbir, li stqarr magħna li ilu tlett snin sħaħ jaħdem fuq dan il-proġett u jħossu sodisfatt li ddedika ruħu lejn dan il-proġett b’tali mod li seta’ jidħol fl-inqas dettal tal-proġett.

Aqra aktar

ARA: Kif l-għaġin kien xi darba jiddetermina int min int

Min kellu jgħidilna li l-għaġin jista’ jikxef minn liema strata tas-soċjetà toriġina persuna? Fi żmien il-kavallieri dankien il-każ hekk kif l-għamla tiegħu u l-ingredjenti li jħawru l-platt kienu jiddependu fuq liema sfera tas-soċjetà tagħmel parti minnha.

Il-Mużew Marittimu b’kollaborazzjoni mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi se jreġġgħu lura l-arloġġ għal madwar mitejn sena ilu bis-saħħa ta’ kotba mill-arkivji u inventarji tal-kċina.Aqra aktar

Agħtti ħalqek u aħsel idejk. Wasal żmien l-influwenza!

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li ġew ordnati 100,000 tilqima tal-influwenza hekk kif dieħlin ix-xhur xitwin li jġibu magħhom il-mard. Għal sena oħra, tnediet kampanja favur it-tilqima tal-influwenza. Wara s-suċċess tal-kampanja tas-sena l-oħra fejn tlaqqmu 93,000 persuna, din is-sena kibret il-mira għal 100,000 persuna.

It-tilqima se tingħata b’xejn miċ-ċentri tas-saħħa mill-15 sas-27 ta’ Ottubru għal persuni vulnerabbli bġal tfal sa ħames xhur, anzjani, u nies milquta minn mard kroniku bħad-dijabete.Aqra aktar

Sitt drammi f’sitt postijiet differenti f’Baċir numru wieħed

Fi pjazzetta, fuq turġien jew madwar baċir, post it-teatru huwa kullimkien. M’hemm l-ebda limitazzjoni li t-teatru ma jistax jaħdem madwaru. Ix-Short Play Festival huwa xhieda ta’ dan.

Baċir numru wieħed f’Bormla ser jospita sitt xogħolijiet drammatiċi nhar il-ġimgħa wieħed u tletin t’Awissu u ‘l għada s-Sibt f’dik li qed titqies bħala festa ta’ teatru. Dħul ser ikun b’xejn għal kulħadd u għalhekk hija opportunità mill-aqwa sabiex ġenituri jindukraw lit-tfal tagħhom billi jesponuhom għal tipi differenti ta’ teatru.

ONE News tkellem ma’ żewġ uċuħ familjari fix-xena lokali u stqarru magħna li inizzjattivi bħal dawn huma essenzjali sabiex it-talent Malti jkun jista’ jkompli jimħar kif jixraqlu.Aqra aktar

ARA: L-iktar jum bieżel fl-ajruport

B’mija u tmenin titjira, fil-jum tal-Ħadd l-ajruport fetaħ il-bibien tiegħu għal madwar tmienja u għoxrin elf passiġġier biex b’hekk din kienet meqjusa bħala l-iktar ġurnata bieżla tas-sena fl-ajruport.

Aqra aktar

Is-suċċess tal-IIP ma tistax tgħoddu

L-investiment permezz tal-migrazzjoni qed tikkrea għarfien ġdid fuq il-kummerċ, esperjenzi, ħiliet u fondi ġodda li qegħdin jikkontribwixxu fis-soċjeta tagħna billi joħolqu negozji u żieda fin-numru ta’ impjiegi fost oħrajn.

Aqra aktar

Nofs iċ-ċumnija barra

Miexi ġmielu x-xogħol ta’ twaqqigħ taċ-ċumnija tal-Power Station ta’ Delimara. Ċumnija li kellha għoli ta’ madwar ħamsa u ħamsin metru, u li mhux darba jew tnejn rajna daħniet suwed ħerġin minnha.

Aqra aktar

Send this to a friend