Pearl Agius | One News - Part 4

Pearl Agius

Notifiki

Persuna waħda tista’ ssalva tmien ħajjiet jekk tkun donatur tal-organi

Persuna waħda tista’ ssalva sa tmien ħajjiet jekk tiddeċiedi li tagħti l-organi tagħha.

S’issa kienu madwar ħamsa u għoxrin elf ruħ li niżżlu isimhom fir-reġistru tad-donaturi tal-organi li tnieda madwar sentejn ilu. Żieda ta’ aktar minn ħdax-il elf fl-aħħar tnax-il xahar. Id-differenza llum minn sentejn ilu hi li d-donaturi li jirreġistraw ix-xewqa tagħhom li jagħtu organi wara ħajjithom tkun irrispetattata u ma tistax tinbidel minn qrabathom.Aqra aktar

Taż-Żejtun itellgħu pantomima b’risq min hu fil-bżonn

Mill-età tenera ta’ ħames snin sal-età ta’ 60 sena, dan il-grupp xejn ma jwaqqfu biex itella’ spettaklu liema bħalu għall-udjenza Żejtunija.

Andrè Mifsud ilu jikteb il-pantomimi ta’ kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin. Stqarr li l-idea bdiet meta esprima x-xewqa li jtella’ pantomima f’dar tat-tfal. Minn hemm l-idea kibret u saret aktar komunitarja. Huwa qal kif “din is-sena wkoll il-qligħ mid-dħul kollu ħa jmur għal xi ħadd li huwa fil-bżonn, se nħabbruha fl-aħħar wirja tagħna, ikollna preżentazzjoni qasira iġifieri baqa’ wkoll dak l-aspett qisu li nixtiequ nagħmlu differenza u fl-istess ħin nagħmluha b’mod illi mhux biss nagħmlu differenza lil min se nkunu qed ngħinu bid-dħul imma anki lin-nies li jiġu jarawna”. Aqra aktar

It-turġien tad-daħla tal-Belt jissemmew għal żewġ qaddisin

It-turġien li jilqgħu l-viżitaturi tal-Belt ssemmew għal żewġ qaddisin li għandhom rabta kbira mal-Belt innifisha.

Taraġ minnhom issemma’ għal San Ġorġ Preca, li twieled il-Belt u ġie deskritt mis-Segretarju Ġenerali tal-għaqda tal-Mużew Rueben Pace, bħala wild li għamel ġieh lill-Belt.

Is-Sur Pace qal li x-xewqa tiegħu hi li turisti jistaqsu min hu dan il-qaddis u sostna li kull tarġa tissimbolizza l-mixja lejn il-quċċata tal-ħajja Nisranija.Aqra aktar

“Irridu li tkun aktar faċli li wieħed jiftaħ negozju”

“Irridu nagħmluha iktar faċli biex wieħed jiftaħ business”

Dan huwa kliem is-Segretarja Permanenti għall-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi żgħar, Nancy Caruana waqt inizzjattiva mtella’ minn Malta Enterprise. Inizjattiva maħsuba biex tgħin u tippromwovi l-imprenditorjat f’Malta. Aqra aktar

Jitfgħu l-qronfol fuq l-oqbra tat-tfal midfuna fl-Addolorata

Ħmistax–il qalb ġeneruża żaru mijiet ta’ oqbra ta’ tfal ċkejknin li jinsabu midfuna fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Hemmhekk ħallewlhom santa u qronfla bajda simbolu tal-innoċenza li nsterqet minn ħalq id-dinja kmieni wisq.

Il-membri tal-isfida annwali ta’ Kilimanjaro huma diġà assoċjati mal-għajnuna li jagħtu liċ-ċkejknin l-iktar fil-bżonn f’żoni fid-dinja fejn it-tfal huma l-inqas ixxurtjati; iżda din id-darba ħassew li għandhom jagħmlu xi ħaġa fl-ambitu lokali.

Keith Marshall spjega kif “Tifel jew tifla speċjalment unfortunately f’dan il-każ, qed inħarsu lejn dawk li mietu qabel iż-żmien, qatt ma konna fil-pożizzjoni ta’ sapport u għajnuna, imma għall-inqas l-empatija u r-rispett huma żewġ elementi li qatt m’għandna nitilfu speċjalment fl-ambitu tat-tfal.”Aqra aktar

Send this to a friend