Pearl Agius | One News - Part 3

Pearl Agius

Notifiki

Jixtri apparat elettroniku b’€32,000 b’ċekkijiet misruqa

Iranjan ta’ erbgħa u għoxrin ġie kkundannat erba’ snin ħabs wara li wieġeb ħati li għamel użu minn ċekkijiet misruqa biex jixtri apparat elettroniku b’valur ta’ tnejn u tletin elf ewro.

Ir-raġel li qal li m’għandux saqaf fuq rasu ġie mixli bi tliet akkużi ta’ serq u sitt akkużi ta’ frodi.

Skeletri ta’ bini monumentali fl-Imġarr

Is-siti storiċi ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat fl-Imġarr infetħu għal għajnejn il-pubbliku sbaiex ikunu jistgħu jgawdu l-wirt storiku Malti filwaqt li jeduka ruħu fuq il-valur imprezzabbli ta’ dawn is-siti.

Dawk li għal ħafna jitqiesu bħala borġ ġebel huma fil-verita siti miżgħuda bi fdalijiet minn żmien Għar Dalam sa żmien il-Bronż li bejn wieħed u ieħor jiġu bejn 3600 sa 2500 qabel Kristu.Aqra aktar

Id-dulur ta’ omm u missier tliet snin wara l-mewt ta’ binthom

Id-dulur t’omm u missier li tilfu l-wild tagħhom hija trawma liema bħala iktar u iktar jekk il-ħajja meħudha ġiet misruqa akkost tal-irresponsabbilità ta’ ħaddieħor.

Ilu tlett snin minn meta Johanna Boni kien involuta f’inċident tat-traffiku fejn ħajjitha ntemmet ħesrem u ħalliet warajha weġgħa ta’ qalb u niket fost il-komunità tagħha u wisq iktar il-familja tagħha.

Illum omm Johanna kienet qed tipparteċipa f’avveniment b’risq il-memorja tat-tifla tagħha permezz ta’ dawra bil-muturi. Josephine waslet għall-avveniment miksija bil-ħwejjeġ li kienet tilbes bintha meta kienet tuża l-mutur u stqarret li hemm bżonn kbir t’għarfien u sigurtà fit-toroq għaliex għad hawn numru ta’ nuqqasijiet li jridu jiġu ndirizzati.

Boni qalet “Appell kbir biex noqogħdu attenti għal bikers. Stop, we must stop, nixgħelu l-indicators. Respect, respect on our roads mhux għal bikers biss obviously anke ċiklisti, pedestrians. When we are riding noqogħdu ftit għax just a flick of a second, you can ruin somebody’s life u mhux the person who dies biss, anki the parents, the family that is left behind. Aħna it’s been 3 years, Johanna’s accident, our life has changed and I mean it’s really sad, really sad.”

Kompliet u qalet li mewta kawża ta’ inċident tat-traffiku jġarrab dieqa kbira li taffettwa mhux biss il-partijiet konċernati.

Fleur Cilia Buckett, il-moħħ wara l-attività tal-bike ride b’risq Simon Schembri Blue Light Foundation, stqarret li hija kwistjoni nkwetanti meta persuni jweġġgħu jew saħansitra jmutu minħabba nuqqasijiet bażiċi ta’ nies fosthom karozzi bil-mirja tal-ġnub magħluqin u nuqqas t’indicators.

Fleur “Bħala biker dejjem inħossuha t-telfa ta’ biker oħra. Johanna tilfet ħajjitha tlett snin ilu u kull sena ommha u missierha jgħiduli, tagħmlilna memorial ride u jiena bil-qalb kollha norganizzalha dar-ride. Hija awareness ride fl-istess ħin li nies li qegħdin fil-karozzi, ikunu aware li hemm il-muturi. Il-kelma rispett irid ikun miż-żewġ naħat, karozzi għalina u aħna għal karozzi.”

Din is-sena din l-attività fissret iktar għal omm Johanna li tilfet lil missierha ftit tal-jiem ilu iżda għandha rasha mistrieħa li missierha u bintha qegħdin mistrieħa flimkien.

Nas Daily jiċċelebra elf jum ta’ filmati minn madwar id-dinja f’Malta

L-avventura ta’ Nuseir Yassin, magħruf aħjar bħala, Nas Daily, ser tispiċċa hawn hekk kif ftit tal-ħin ilu l-vidjografu tefa’ l-1000 filmat tiegħu fuq is-sit soċjali ta’ Facebook.

Emozzjonat spjega kif għal dawn l-aħħar elf ġurnata tella’ filmat, kuljum fuq il-midja soċjali. Vidjows li ispiraw eluf b’messaġġi pożittivi, mimlijin motivazzjoni.

Aqra aktar

“Hija esperjenza surreali u maġika” – ġenituri adottivi

Dan huwa Aman. Aman għandu sena u erba’ xhur u huwa oriġinarjament mill-Indja. Iċ-ċkejken li llum qiegħed jagħmel l-ewwel passi tiegħu u f’ħalqu għandu l-kelma ‘nanna’, bħalissa bħalissa jinsab Malta ma’ Feliciann u Fabrizio, koppja li wara ħafna xhur ta’ stennija illum b’sens ta’ kburija jintroduċu lilhom infushom bħala l-ġenituri ta’ Aman.

F’filmat li tellgħu l-koppja fuq il-midja soċjali nistgħu naraw il-mument li Aman tħaddan għall-ewwel darba m’ommu Feliciann dan bi skop li jħajru aktar koppji jadottaw bħalma għamlu huma.

Felicienne u Fabrizio qalu li “Mal-ewwel qisni bbondjajna miegħu, ħassejna qisna ġa konn ltqajna miegħu qabel. – Naħseb li l-esperjenza hija xi ħaġa hekk emozzjonali, speċjalment għamilna dawk qisu fifteen minutes nistennewh propja mbagħad tarah ġej, tibda tgħid minn fejn ġej, minn hemm, minn hemm u mbagħad tarah hija quite emotional.”

Il-ġenituri t’Aman iddeċidew li jaqsmu l-vjaġġ tagħhom mill-proċess tal-adozzjoni sal-waqt li Aman rifes għall-ewwel darba f’Malta.Aqra aktar

Aktar proġetti għad-Dar tal-Providenza

Pixxina terapewtika, kamra mgħammra b’apparat mużikali u lifts. Dawn huma biss xi ftit mill-affarijiet li rnexxielhom jagħmlu d-Dar tal-Providenza bil-flus li nġabru fil-maratona annwali.

Din is-sena d-Dar tal-Providenza ser jagħmlu l-almu tagħhom sabiex ikomplu jibnu djar fil-komunità biex ir-residenti tagħhom ikunu jistgħu jkomplu jintegraw fis-soċjetà bħala nies independenti.

Fr. Martin Micallef qal “Qed inkomplu bil-proġett ta’ iktar djar fil-komunitá u allura nittamaw li nkun qegħdin nospitaw fid-dar il-ġdida li ħa nagħmlu fil-Balluta diversi persuni oħra li għandhom diżabbilitá u għalhekk irridu nkomplu bix-xogħol li għad hemm bżonn isir, installar tal-lift u anki l-għamara li hemm bżonn inwaħħlu u npoġġu fid-dar.” Aqra aktar

Send this to a friend