Pearl Agius | One News - Part 19

Pearl Agius

Notifiki

Nisa Laburisti b’għadd ta’ proposti konkreti

Nisa Laburista temmen li għandu jkollna qorti ffokata fuq każi relatati mal-Vjolenza Domestika. Din il-proposta hija waħda minn sensiela li l-organizazzjoni għamlet tul is-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika. Din hija proposta maħsuba biex il-vittma tmur quddiem esperti li jgħarfu u jifhmu l-każ filwaqt li l-agressur jingħata l-għajnuna biex jirriforma.

Aqra aktar

Possibilità li Ed Sheeran ikanta fit-tieġ irjali

Ed Sheeran ma jinnegax il-possibilita’ li jkanta fit-tieġ irjali tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.

Matul din il-ġimgħa, Ed Sheeran ġie onorat mill-Prinċep Charles bħala membru tal-Ordni Eċċellenti tal-Imperu Brittaniku b’ringrazzjament għas-servizz tiegħu fl-industrija tal-mużika u l-karità.

Wara l-attività, ġie mistoqsi mill-midja jekk jikkunsidrax li jkanta fit-tieġ tal-Prinċep Harry, f’Mejju li ġej u bi tbissima, ma nnegax din l-istqarrija.

Din l-aħbar qajmet kurżitajiet kbar fid-dinja tad-divertiment u ħafna ammiraturi ta’ Ed Sheeran qegħdin fuq ix-xwiek biex tiġi kkonfermata din l-aħbar.

Ċelebrita oħra tilbes ħwejjeġ ta’ disinjaturi Maltin

Iċ-ċelebrita ta’ fama mondjali Nathalie Emmanuel, li tieħu sehem fis-serje popolari ‘Game of Thrones‘, titfa’ ritratt tagħha fuq is-sit soċjali ta’ Instagram liebsa libsa tad-disinjaturi Maltin Charles & Ron.

Din m’hijiex l-ewwel darba li smajna b’ċelebrita li libsu ħwejjeġ ta’ din il-koppja. Fost iċ-ċelebritajiet hemm il-kantanta famuża Jessie J, l-artista Diamond White, l-attriċi Jackie Cruz apparti ħafna oħrajn.

Aqra aktar

5 individwi b’diżabilità jiġu premjati għall-abilitajiet tagħhom

Is-serata tal-Premju Soċjetà Ġusta, li ġiet organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’diżabilità u anzjanità attiva, premjat l-kapaċità tal-persuni b’diżabilità u min jaħdem b’tant dedikazzjoni fis-settur tad-diżabilità. Waqt din is-serata kien hemm preżenti artisti, inkluż persuni b’diżabilità, li taw spettaklu mill-isbaħ.

Aqra aktar

Awtorizzat il-kult ta’ Medjugorje

Stennija ta’ sitta u tletin sena u ta’ pellegrinaġġi bla waqfien minn madwar id-dinja kollha lejn il-Bożnija Ħelżegovina. Storja li bdiet fl-1981 u li kompliet ukoll mingħajr rikonoxximent uffiċjali. Issa l-iżvolta fi stqarrija tal-Monsijur Henyrk Hoser, l-Arċisqof Emeritu ta’ Praga u l-mibgħut ta’ Papa Franġisku, proprju fil-post fejn allegatament seħħu d-dehriet tal-Madonna.

Il-kult huwa awtorizzat mil-lum kull djoċesi fid-dinja u organizzazzjonijiet oħrajn jistgħu jtellgħu peleggrinaġġi uffiċjali – rivoluzzjoni parzjali iżda xorta waħda rivoluzzjoni meta mqabbel mal-aħħar konferenza episkopali – il pelegrinaġġi li ma kinux rakkomandati issa jistgħu jiġu ggwidati minn saċerdoti, isqfijiet u kardinali. Dan għax skont il-mibgħut tal-Papa l-istituzzjonijiet ta’ karità impenjati f’dan il-post huma kbar waqt li kkonferma l-awtentiċità ta’ dan is-santwarju.
Dak li fadal x’jiġi investigat huwa l-misteru profond li m’għandux spjegazzjoni xjentifika. Għexieren ta’ dehriet, kwistjoni kumplessa u kontroversjali analizzata minn kummissjoni investigattiva li riedha l-Papa Benedittu Sittax u ppresedutha mill-Kardinal Camillo Ruini, ittrattatha wkoll b’kawtela minn Papa Franġisku.
Sa mill-bidu tas-snin tmenin, l-allegati dehriet tal-Madonna lis-sitt żgħażagħ ta’ Medjugorje kienu meqjusa bħala sopra naturali nkluż mill-kummissjoni kompetenti. Wara l-missjoni tal-mibgħut speċjali issa jonqos biss l-aħħar kelma ta’ Papa Franġisku biex jissiġilla darba għal dejjem ir-rikonoxximent ta’ dan il-kult Bosnijaku.

Iktar siġar f’Għawdex għal ambjent aħjar u ħajja iktar sana

Flimkien mal-amministraturi tas-Santwarju ta’ Pinu, l-Ministeru għal Għawdex imbarka fuq proġett ta’ afforestazzjoni tal-għolja t’Għammar li tiġi faċċata tas-Santwarju Nazzjonali ta’ Pinu u li huwa proprjetà tad-djoċesi t’Għawdex. Permezz ta’ dan il-proġett din l-għolja ser tigi afforestata b’siġar indiġeni biex ikompli jitkattar l-għarfien dwar il-veġetazzjoni tipika Għawdxija u fl-istess waqt ikun mezz biex dawk li jkunu fostna ikunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend