Owen Galea | One News - Part 7

Owen Galea

Notifiki

Il-Graffiti jilqgħu r-reviżjoni dwar il-pompi tal-fjuwil

Il-Moviment Graffitti laqa’ r-reviżjoni tal-policy dwar il-pompi tal-fjuwil li ħarġet l-Awtorità għall-Ippjanar għall-konsultazzjoni pubblika.

Fi stqarrija, il-Moviment  qal li huwa ottimist dwar il-bidliet proposti.

Qal iżda li hemm punti li l-Moviment huwa mħasseb dwarhom u li se jipproponi bidliet lill-Awtorità tal- matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika.

Il-moviment appella wkoll lill-Awtorità biex l-applikazzjonijiet pendenti jiġu deċiżi skont il-policy l-ġdida.

Tenna li l-abbozz tal-policy riveduta jinkludi fih ħafna titjib meta mqabbel mal-policy li hemm fis-seħħ bħalissa. Qal li l-opportunitajiet għat-teħid ta’ art ODZ huma ħafna aktar limitati.

Il-Moviment saħaq li l-pompi tal-petrol għandu jkollhom qies limitat, filwaqt li attivitajiet kummerċjali oħrajn li għandhom x’jaqsmu mas-servizzi tal-vetturi joperaw taħt policy kummerċjali.

Il-Moviment Graffitti tenna li l-art ODZ għandha tibqa’ ODZ, u l-art li diġà ngħatat għall-iżvilupp għandha titreġġa’ għall-istat naturali tagħha jew tintuża għall-agrikoltura.

Il-Gvern jirdoppja n-nefqa tiegħu fuq proġetti kapitali

Fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-Gvern irdoppja n-nefqa fuq proġetti kapitali meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Dan joħroġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li turi li bejn Jannar u Marzu li għadda l-Gvern nefaq €106 miljun fi proġetti infrastrutturali, żieda ta’ kważi €59 miljun.

Id-dħul tal-Gvern fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena żdied bi ftit inqas minn €100 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. In-nefqa tal-Gvern żdiedet ukoll f’numru ta’ oqsma oħra fosthom fil-pensjonijiet, estensjoni tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, trattament tal-kanċer (+€5.7 miljun), xiri ta’ materjal mediku għall-isptarijiet (+€5.1 miljun), xogħlijiet ta’ tisbieħ (+€4 miljun), child care b’xejn, benefiċċji soċjali, immaniġjar tal-iskart, skejjel tal-knisja (+€5.2 miljun) u fl-installazzjoni ta’ dwal aktar effiċjenti fit-toroq madwar pajjiżna. Aqra aktar

Send this to a friend