Owen Galea – Page 63 – One News

Owen Galea

Notifiki

Bjorn iħabbar li ntlaħaq ftehim u se jiftaħ id-dar fi żmien xahar

Bjorn Formosa, li fl-aħħar sentejn u nofs qajjem kuxjenza kbira dwar il-marda kiefra tal-ALS, illejla ħabbar li ntlaħaq ftehim dwar is-servizzi li se jingħataw persuni li ntlaqtu minn din marda.

Fuq Facebook, Bjorn qal li jinsab eċċitat ħafna li ntlaħaq dan il-ftehim. Saħansitra qal li fi ċmien xahar se jkunu qegħdin jiftħu d-dar għall-persuni li jbatu bl-ALS.

Huwa ħeġġeġ lill-pazjenti lil jbatu bl-ALS, bl-MS u mard ieħor newroloġiku biex jagħmlu kuntatt mal-assoċjazzjoni u żied jgħid li din hija opportunità għalihom biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

VJAĠĠ GĦALXEJN: Neża’ għarwien ħuta u tilef il-logħba

Partitarju tat-tim nazzjonali Ingliż, li ġie Malta biex isegwi l-logħba Malta kontra l-Ingilterra, spiċċa ma ra xejn mil-logħba għax iddeċieda li jħalli lil min jara l-parti intima tiegħu. Ilbieraħ għal ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofisnhar Charlie Ben Overton ħareġ għarwien fil-gallarija tal-lukanda fejn kien qed jgħix f’San Ġiljan. Dan wassal biex spiċċa arrestat u minflok appoġġja lill-plejers ta’ pajjiżu għadda l-ħin l-għassa jistenna li dalgħodu jitressaq il-qorti  kif fil-fatt seħħ.  Il-Qorti ħelsitu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena.

Ħadd mill-kandidati ma jikkonvinċi

Lejlet l-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, l-editorjal ta’ THE TIMES fisser it-tellieqa bħala waħda kaotika u sostna li l-farsa li għaddejja bħalissa se tkompli tissokta. Sostna li ħadd mill-erba’ kontestanti ma jikkonvinci b’mod partikolari Adrian Delia li naqas milli jwieġeb għal allegazzjonijiet serji li saru kontrih.Aqra aktar

Żieda ta’ 8,576 impjieg fis-settur privat f’Marzu li għadda

F’Marzu li għadda l-impjiegi full-time żdiedu b’5.3% waqt li l-impjiegi part-time żdiedu b’4.2% meta mqabbel ma’ Marzu tal-2016.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li meta teskludi l-part-timers, f’perjodu ta’ sena s-suq tax-xogħol jgħodd għal 189,983 ħaddiem. Intqal li dan kien riżultat fost l-oħrajn għal żieda ta’ 9,512-il ħaddiem full-time u tnaqqis ta’ 1,384 fin-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol.

Aqra aktar

DELIA INVESTIGAT MILL-PARTIT LI JRID IMEXXI

Il-Kandidat għal kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tpoġġa taħt investigazzjoni mill-istess partit li jrid imexxi. Dan wara li l-Kunsill Amministrattiv tal-istess partit iltaqa’ b’urġenza t-Tnejn filgħaxija biex jiddiskuti l-allegazzjonijiet tal-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia fil-konfront ta’ Delia.

Fi tmiem laqgħa li ħadet ftit aktar minn siegħa u nofs, stqarrija tal-PN qalet li l-Kunsill Amministrattiv iddeċieda li jirreferi dan il-każ lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba u Etika. Kumitat magħmul minn persuni qrib sew tal-Partit Nazzjonalista u l-‘Establishment’ bħall-ex Ministru Louis Galea, u l-Professur Maryanne Lauri li fl-aħħar kampanja elettorali saħansitra indirizzat mass meeting tal-Partit Nazzjonalista.

Wara laqgħa li damet aktar minn sagħtejn u għaliha attenda l-Kap Caretaker Simon Busuttil, dan ma kellu l-ebda kummenti dwar dak diskuss f’din l-istess laqgħa. L-istess għamel meta mistoqsi minn ONE NEWS jgħid jekk l-allegazzjonijiet li qed tagħmel Caruana Galizia fil-konfront ta’ Delia kienx se jeħodhom quddiem il-maġistrat tal-għassa għal investigazzjoni dwar allegat ħasil ta’ flus barra l-pajjiż. 

Intant diversi partitarji bdew jinġabru quddiem id-Dar Ċentrali minn sigħat qabel bdiet il-laqgħa, fejn beda jidher biċ-ċar element qawwi ta’ tensjoni bejn il-partitarji ta’ Adrian Delia li nġiebu propju quddiem l-istamperija sabiex jilqawh biċ-ċapċip waqt li ħareġ mid-Dar Ċentrali.

Delia qal li huwa sar jaf b’din il-laqgħa minn fuq il-media anke jekk kienet intiża li tiddiskuti lilu, laqgħa li fiha kompla joħroġ fid-deher l-element ta’ firda fi ħdan il-Partit Nazzjonalista bejn il-fazzjoni ta’ Adrian Delia u dik tal-‘Establishment’ immexxi minn Busuttil.

Għal din il-laqgħa attendew ukoll diversi Membri Parlamentari fosthom id-Deputat Herman Schiavone li sostna li ma kien kuntent xejn bl-andament f’din l-elezzjoni, b’mod partikolari għall-fatt li l-laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv issejħet meta l-kunsillieri tal-PN diġa’ bdew jivvotaw. 

Iżda mhux tal-istess fehma kienet il-Pressident tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Anne Fenech li qalet li huwa imporanti li wieħed jiddiskuti din is-sitwazzjoni, jiġfifieri l-akkużi li saru fil-konfront ta’ Delia.

Iż-żewġ viċi-kapijiet tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u Mario De Marco għażlu li ma jikkummentawx.

Il-PN jsejjaħ laqgħa urġenti dwar Adrian Delia

Ħames t’ijiem qabel dik suppost tellieqa bejn erba’ t’iħbieb, il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista se jiltaqa’ b’mod urġenti biex jara x’passi se jittieħdu fuq il-kandidat Adrian Delia.
Fl-istess ħin li ħarġet din l-aħbar, Delia sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet fejn kritika lil min ma weriex solidarjetà miegħu fid-dawl tal-attakki li qed isofri, fosthom tal-Partit Nazzjonalista stess.
Fl-istess ħin li Adrian Delia kien qed jindirizza lill-ġurnalisti fil-każin Nazzjonalista ta’ Birkirkara, il-Partit Nazzjonalista ħabbar li nhar it-Tnejn se ssir laqgħa urġenti tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

MINN STABBLI GĦAL POŻITTIV; ERĠAJNA TLAJNA

Aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bidlet l-analiżi tagħha dwar pajjiżna għall-aħjar. Fil-fatt, l-aġenzija DBRS bidlet il-ħarsa dwar pajjiżna minn waħda stabbli għal pożittiva filwaqt li żammet lil Malta fil-kategorija A.

Aqra aktar

Raġel jinqatel wara li attakka suldati fiċ-ċentru ta’ Brussell b’sikkina kbira

Fi Brussell, il-pulizija qatlu raġel wara li pprova jattakka numru ta’ suldati b’sikkina kbira.

Ritratti ppubblikati minn fuq il-post juri ż-żona ċċirkondata mill-pulizija u s-servizzi ta’ emerġenza fit-triq.

Ryan MacDonald, wieħed mix-xhieda qal li sema’ ħoss ta’ arma tan-nar.

Għad mhux ċar jekk l-aggressur baqax ħaj wara l-isparatura tal-Ġimgħa. Il-Pulizija ma kkummentatx b’mod immedjat dwar l-inċident.

Tinħass theżżiża f’Malta

Għall-ħabta tas-7.30 tal-Ġimgħa filgħaxija f’diversi lokalitajiet inħasset theżżiża li seħħet f’qiegħ il-baħar fiċ-ċentru tal-Mediterran.

Residenti minn għadd ta’ lokalitajiet li tkellmu ma’ one.com.mt, fosthom miż-Żejtun u minn Marsaxlokk qalulna li t-theżiżża kienet pjuttost qawwija. Sit li jirreġistra it-terremoti juru li t-terremot kellu qawwu ta’ 4.2 fuq l-iskala Richter.

Send this to a friend