Owen Galea – Page 6 – One News

Owen Galea

Notifiki

ESKLUSSIVA: Il-Pulizija b’qabda ta’ 31 kilo droga moħbija f’qiegħ falz ta’ karozza li waslet Malta minn Sqallija

Tissokta l-ħidma tal-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi sabiex ikomplu jitkissru ċ-ċrieki tal-kriminalità tad-droga.

one.com.mt jista’ jiżvela li tard l-Erbgħa filgħaxija, il-Pulizija qabdet waħda mill-ikbar qabdiet tad-droga kannabis għal din is-sena meta l-Pulizija sabu 31 kilogramma ta’ kannabis moħbija f’qiegħ falz ta’ vettura li kienet għadha kif waslet Malta bil-katamaran minn Sqallija.

Dan l-istazzjon jinsab informat li dwar dan il-każ, il-Pulizija arrestat żewġ aħwa Rumeni, wieħed ta’ 21 sena u ieħor ta’ 19-il sena. L-istess sorsi qalu li r-Rumeni ma jidhirx li għandhom residenza fissa f’Malta.

Nifhmu li ż-żewġt irġiel se jkunu qegħdin jitressqu l-qorti mixlija bi traffikar u pussess ta’ droga.

Dwar il-każ infetħet ukoll inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa V. Axiaq.

 

Żieda ta’ turisti f’postijiet tal-akkomodazzjoni

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn April u Ġunju li għadda, it-turisti li qagħdu fil-postijiet turistiċi żdiedu b’aktar minn tlieta fil-mija. Fl-istess perjodu, l-ammont ta’ ljieli li qattgħu t-turisti f’dawn il-postijiet laħqu l-miljun u tlett mitt elf lejl.

Aqra aktar

Send this to a friend