Owen Galea | One News - Part 51

Owen Galea

Notifiki

IL-CO-OPTION TA’ DELIA: IRRIFJUTAW LI JIVVOTAW B’MOD SIGRIET

Waqt li l-Partit Nazzjonalista ddikjara li l-Kumitat Eżekuttiv ivvota b’mod unanimu biex il-Kap tal-Partit Adrian Delia jieħu s-siġġu fil-Parlament, One News jista’ jiżvela li tliet uffiċjali għolja kienu favur vot sigriet. Fil-fatt il-membri tal-eżekuttiv spiċċaw jivvotaw għal Delia billi jgħollu jdejhom.Aqra aktar

Artista kbira internazzjonali tirringrazzja lil Malta

Bħalissa l-kantanta ta’ fama internazzjonali Demi Lovato tinsab kullimkien. Mhux biss ‘Sorry Not Sorry’ u ‘Instruction’ huma l-ikbar żewġ singles fir-Renju Unit, iżda bħalissa l-album il-ġdid tagħha ‘Tell Me you Love Me’ jidher li se jkun l-aktar album li se jkun ta’ suċċess fil-karriera tagħha.

Fuq kollox, il-kanzunetta Tell Me You Love laħqet il-quċċata fuq iTunes f’xejn anqas minn 40 pajjiż inkluż f’Malta. Fil-fatt fl-aħħar messaġġ tagħha fuq il-profil tagħha ta’ Facebook il-kantanta tat ħajr lil Malta u lil kull persuna li għenet biex jinkiseb dan ir-rekord fil-karriera tagħha.

Waqt li esprimiet l-imħabba tagħha għal Malta, kienu mijiet il-fans tagħha f’pajjżna li ħeġġewha żżur il-gżejjer Maltin għall-kunċert f’Malta.

#1 in MALTA!!! Thank you to each and every person that has gotten this record. I love you!! #TellMeYouLoveMe 🇲🇹 http://demilovato.co/tmylm

Żewġ nisa Bulgari jinqbabdu jisirqu fuq bus stop f’Tas-Sliema

Żewġ nisa Bulgari waħda ta’ 23 sena u oħra ta’ 36 sena għada se jitressqu l-qorti mixlija b’serq wara li nqabdu jisirqu kartiera minn basket ta’ mara li kienet qed tistenna fuq bus stop f’Tas-Sliema.

In-nisa ġew arrestati għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu bis-saħħa ta’ intervent f’waqtu mill-pulizija. Dan wara li pulizija osservat lil waħda min-nisa għassa waqt li l-oħra dehret tisraq il-kartiera. Hawnhekk, il-pulizija intervjeniet minnufih u arrestat liż-żewġ nisa għal aktar investigazzjonijiet.

Il-Pulizija qalet li n-nisa ġew arrestati wara li fl-aħħar jiem waslulha rapporti ta’ pick-pocketing f’għadd ta’ postijiet madwar Tas-Sliema u San Ġiljan. Dan b’mod partikolari minn fuq il-karozzi tal-linja u minn bus stops iffrekwentati minn għadd ta’ turisti u Maltin.

Aktar minn miljun u nofs turist fl-ewwel tmien xhur tas-sena

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Awwissu li għadda waslu fil-gżejjer Maltin aktar minn mitejn u tmienja u tmenin elf turist.

Meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra, pajjiżna rreġistra żieda ta’ 12.2%.

Iż-żieda fin-nefqa tat-turisti wkoll żdiedet u telgħet għal kważi tlett mitt miljun ewro.Aqra aktar

EUROSTAT: Malta bit-tielet l-anqas rata ta’ qgħad fl-UE

Ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat juru li matul Awwissu li għadda Malta kellha fost l-anqas rati ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Fil-fatt b’4.2% Malta kellha t-tielet l-anqas rata ta’ qgħad fost is-sebgħa u għoxrin pajjiż tal-UE. 

Qabel Malta kien hemm biss ir-Repubblika Ċeka b’2.9% u l-Ġermanja b’4.2%. Aqra aktar

Il-kwartieri tal-PL jinxtegħlu roża b’appoġġ għal Pink October

Il-faċċata taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista nxtegħlet roża b’appoġġ għall-kampanja Pink October.

Din il-kampanja hija maħsuba biex tqajjem iktar kuxjenza dwar il-prekawzjoni mill-kanċer tas-sider li ta’ kull sena jaħsad il-ħajja ta’ għexieren ta’ persuni.

Dan is-simbolu għandu jfakkar biex tintlaqa’ l-istedina tas-servizz tas-saħħa pubbliku għall-breast screening kull tant snin.

Arrigo jtenni li se joħroġ għall-Viċi Kap – botti lejn Delia dwar il-paga doppja

Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo tenna li n-nomina tiegħu għall-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit qiegħda hemmhekk u kkonfermata.

F’kitba fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, id-deputat Nazzjonalista qal li kien qed jilqa’ b’ferħ kbir in-nomina ta’ Edwin Vassallo għall-kariga ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament u għamilha ċara li din hija kariga differenti minn dik li se jkun qed jikkontesta għaliha.Aqra aktar

L-iskandlu tal-prokuri foloz: jiddeċiedu li m’hemmx ħtieġa ta’ aktar investigazzjonijiet

F’laqgħa li saret tard il-Ġimgħa filgħaxija, il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista kkonkluda li ma jara l-ebda ħtieġa li jsiru aktar investigazzjonijiet dwar l-iskandlu tal-ġbir tal-voti fl-elezzjoni għall-ħatra tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista pemezz ta’ prokuri foloz mill-Assistent Segretarju Ġenerali Jean Pierre Debono. Dan fl-istess waqt li ħass il-ħtieġa li jwiddbu għall-aġir li mexa bih.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Kumitat Amministrattiv iddiskuta l-aġir ta’ Debono u approva u għamel tiegħu l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni Elettorali u kkonkluda li ma jara l-ebda ħtieġa li jsiru aktar investigazzjonijiet. Dan hekk kif talab li jsir id-deputat Nazzjonalista Chris Said li hekk kif ħareġ l-iskandlu Debono, qal li kien jinsab ixxokkjat b’dak żvelat fil-midja.

Ir-rapport intern tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN żvelat mill-Maltatoday kixef li Jean Pierre Debono ffalsifika firem tat-tesserati fi prokuri foloz. Dan sar sabiex ikun jista’ jiġbor id-dokumenti tal-vot tagħhom hu.

Debono li taħt pressjoni ċeda s-siġġu tiegħu lil Adrian Delia, nqabad meta tesserat mar id-Dar Ċentrali biex jiġbor id-dokument tal-vot tiegħu u skopra li Debono kien preżenta prokura ffirmata biex ikun jista’ jiġbor il-vot f’ismu. Meta ra l-prokura, it-tesserat sostna li dik ma kinitx il-firma tiegħu.

Wara investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni Elettorali nstab li Debono kien preżenta għadd ta’ prokuri oħra f’ismu.

Waħda mill-konklużjonijiet tar-rapport iddeplorat l-azzjonijiet ta’ Debono hekk kif fl-ebda mument ma tkellem mal-Kummissjoni Elettorali u li kieku ma nqalax dan l-inċident, din il-ħadma minn uffiċjal għoli tal-partit kienet se tinżamm mistura.

Il-Kummissjoni Elettorali kkundannat lil Debono talli fi kliemha uża prattiċi li jmorru kontra proċeduri stabbiliti mill-Kummissjoni u talli ffalsifika firem sabiex jinġabru dokumenti tal-vot bi prattiċi elettorali illeċiti.

Intant il-Kunsill Amministrattiv aċċetta wkoll dikjarazzjoni ta’ Jean Pierre Debono li permezz tagħha ngħad li talab skuża, refa’ r-responsabbilità għal dak li seħħ u obbliga ruħu li bl-ebda mod ma jkun involut fil-proċessi elettorali li għandhom isiru sal-aħħar tas-sena.

Waqt li ddikjara li ma jara ebda ħtieġa ta’ aktar investigazzjoni, il-Kumitat Amministrattiv iddeċieda li jwiddeb lil Jean Pierre Debono għall-aġir tiegħu għax qal li l-Partit Nazzjonalista ma jittollera l-ebda abbużi fi proċessi elettorali.

Send this to a friend