Owen Galea | One News - Part 5

Owen Galea

Notifiki

ARA: Delia jgħid li se jinjora lil Jason Azzopardi – m’għandix aktar ħin x’naħli miegħu

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Adrian Delia qal li se jinjora lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi wara li injora d-direttiva tal-Partit Nazzjonalista li d-deputati tiegħu ma jiddiskutux kwistjonijiet interni fil-midja soċjali.
B’reazzjoni għar-riżenja ta’ Mark Anthony Sammut minn President tal-Eżekuttiv tal-PN, Azzopardi attakka lil Delia u kiteb fuq Facebook li min ma kellux sehem fit-tfassil tal-istrateġija politika qed jerfa’ r-responsabbilità u jirriżenja u min fassalha u wettaqha qed jigi jaqa’ u jqum.
Bi tweġiba għal din l-akkuża, Adrian Delia qal li “jiena naħseb li se ninjora lil Jason Azzopardi għax naħseb li għamilha mhux l-ewwel darba imma kemm-il darba u naħseb li dan ma jagħmilx ġid lill-partit. Naħseb li Jason Azzopardi għandu jerfa’ wkoll ir-responsabbiltà tiegħu, u jara u jispjega lin-nies kif l-aġir tiegħu fil-pubbliku qed jgħin lill-partit.
Mistoqsi jekk hux se jitolbu jirriżenja, Delia qal li dak irid jarah hu. “Lil Jason Azzopardi jien dejjem ipprovajt ninvolvih, imma ma naħsibx li għandi noqgħod nitlef ħin biex nagħti kas dak li jitkellem dwaru fil-midja soċjali u sostna li m’għandux x’ħin x’jaħli aktar miegħu.

Filmat: Il-PL jeleġġi l-iżgħar kunsillier ta’ 17-il sena f’San Pawl il-Baħar

Il-Partit Laburista rnexxielu jeleġġi l-iżgħar kunsillier fl-istorja tal-kunsilli lokali f’Malta. Fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tas-Sibt li għadda, Carlos Zarb li għad għandu biss 17-il sena ġie elett fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li wara ħames snin bi tmexxija Nazzjonalista, reġa’ ntrebaħ mill-Partit Laburista.

Il-PL jirbaħ il-maġġoranza fil-Marsa u jżid żewġ siġġijiet

Il-Partit Laburista fil-Marsa mhux biss reġa’ rebaħ il-maġġoranza f’din il-lokalità iżda kompla jkabbarha tant li żied żewġ siġġijiet fil-kunsill tal-Marsa. Fil-fatt il-kunsill il-ġdid se jkun magħmul minn sitt kunsillieri tal-Partit Laburista u wieħed għall-Partit Nazzjonalista. Dan il-Kunsill se jkollu wkoll sindku ġdid wara li Josef Azzopardi kiseb l-akbar ammont ta’ voti fl-ewwel għadd.

Filmat: il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza fil-Mellieħa

Il-Partit Laburista rnexxielu jżomm il-maġġoranza fil-lokalità tal-Mellieħa fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda.

Din il-lokalità fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta se jkollha sindku ġdid u żagħżugħ fil-ħames snin li ġejjin wara li Dario Vella rnexxielu jikseb il-fiduċja tal-maġġoranza tar-residenti Melleħin.

Filmat: Il-PL b’Sindku Laburista ġdid f’Ħad-Dingli

Il-Partit Laburista kkonferma wkoll il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli. F’din il-lokalità kwieta, Raymond Schembri se jkun qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Sindku wara li kiseb l-akbar ammont ta’ voti mixħuta s-Sibt li għadda mir-residenti Dinglin. F’kummenti ma’ ONE NEWS is-Sur Schembri wiegħed li se jaħdem flimkien ma’ sħabu l-kunsillieri biex ikompli bil-ħidma siewja li twettqet fis-snin li għaddew.

Filmat: Il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza fl-Imqabba

Għall-ħames snin li ġejjin, il-Partit Laburista se jkun fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba wara li reġa’ kiseb il-maġġoranza fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda. F’din il-lokalità, il-Partit Laburista se jkollu wkoll sindku ġdid wara li s-Sur Omar Farrugia kiseb l-akbar għadd ta’ voti f’din il-lokalità.

Il-Partit Laburista jirbaħ għall-ewwel darba l-Belt Valletta

Il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba l-maġġoranza fil-Kunsill Lokal tal-Belt Valletta mindu twaqqfu l-kunsilli Lokali ħamsa u għoxrin sena ilu.

B’reazzjoni, fi tweet il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab tassew kburi li għall-ewwel darba fl-istorja, il-kunsill tal-belt kapitali Valletta se jkun immexxi minn maġġoranza Laburista.

 

Alfred Zammit elett bħala l-ewwel Sindku Laburista tal-Belt Valletta

Alfred Zammit ġie elett bħala l-ewwel sindku Laburista tal-Belt Valletta waqt li s-Sur Raymond Azzopardi se jkun il-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Belt. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għar-riżultat, is-Sindku elett tal-belt Valletta fisser ir-riżultat bħala wieħed storiku. Qal li se jaħdem għall-Beltin kollha huma min huma għax qal li “għalina l-belt Valletta tiġi l-ewwel.

Send this to a friend