Owen Galea | One News - Part 4

Owen Galea

Notifiki

Delia ma jridx jippubblika d-dokumenti li għadda lill-Pulizija

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhux se jgħid x’fihom id-dokumenti li għadda lill-Pulizija biex tinvestigahom għax qal li jkun qiegħed jippreġudika l-investigazzjonijiet tal-pulizija.

F’konferenza tal-aħbarijiet tard is-Sibt filgħaxija, Delia kien mistoqsi għal darba tnejn mill-ġurnalisti biex jgħid x’inhuma d-dokumenti li għadda lill-Pulizija biex tinvestiga għax skontu ġew iffalsifikati.Aqra aktar

Ħatja li kkaġunaw il-mewt ta’ anzjan f’Karin Grech fl-2012

David Sant u Carol Bonnici, infermieri u nursing aid li kienu jaħdmu fl-isptar Karen Gcech instabu ħatja li kkaġunaw il-mewt ta’ John Darmanin ta’ 64 sena meta spiċċa faga fl-ikel wara li ħallewh jiekol waħdu. Il-każ seħħ f’Marzu tal-2012 meta l-ħaddiema kienu assenjati li jieħdu ħsieb ir-raġel li kien intlaqat minn attakk ta’ puplesija. Dan bil-konsegwenza li beda jbati biex jiekol u kellu jingħata biss ikel mgħaffeġ taħt superviżjoni.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li żewġ ħaddiema naqsu minn dmirijiethom u ttraskuraw lil Darmanin fil-ħin tal-ikel. Madankollu nnotat li Sant u Bonnici kienu ddedikati f’ħidmietom tant li dakinhar daħlu kmieni għax-xogħol. Qalet ukoll li t-traskuraġni ma saritx b’kapriċċ iżda għax kienu b’xogħol ieħor.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti kkundannathom multa ta’ ħdax-il elf ewro bejniethom wara li qieset li ma kienx hemm lok ta’ sentenza ta’ ħabs.

Nofs miljun f’kont ta’ Delia f’Jersey- The Times

Kważi nofs miljun ewro f’ċekkijiet u depożiti fi flus kontanti daħlu f’kont bankarju f’Jersey f’isem il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Żvelat dan il-gazzetta The Sunday Times of Malta l-għada li Delia sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet ta’ malajr u biex jiġi investigat kif ħarġet informazzjoni dwaru.

L istorja tmur lura għas-snin elfejn meta allegatament Delia kien involut f’każ ta’ ħasil ta’ flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni.

Aqra aktar

L-AUM bi ftehim storiku mal-Università ta’ Arkansas

F’anqas minn ġimagħtejn mindu ġiet inawgurata, l-Università Amerikana f’Malta ffirmat ftehim storiku mal-Univiersità Amerikana ta’ Arkansas biex jibdew jipprovdu flimkien degree fil-qasam tal-finanzi u fit-tmexxija tan-negozju.

Fi stqarrija, l-Univesità Amerikana f’Matla qalet li dan il-ftehim jikkonferma l-impenn tagħha li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru internazzjonali għall-eċċellenza fil-qasam tal-edukazzjoni.
Il-ftehim ġie ffirmat mill-President tal-Univeristà Amerikana f’Malta Dr Lewis Walker u mill-Kanċillier tal-Università ta’ Arkansas Dr Kelly Damphousse fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fil-kampus tal-AUM f’Bormla. L-Università ta’ Arkansas li hija istituzzjoni edukattiva ta’ reputazzjoni għolja fl-Istati Uniti għandha madwar tletin elf student u toffri korsijiet f’bosta oqsma.Aqra aktar

Send this to a friend