Owen Galea | One News - Part 34

Owen Galea

Notifiki

Iktar subien minn bniet fl-iskola tal-isport… kif tidħol?

Fl-iskola nazzjonali tal-isport bħalissa hemm 215 –il student il-maġġoranza tagħhom subien.

Minn tagħrif li ta fil-Parlament, il-Ministru tal-Edukazzjoni jirriżulta li hemm 134 tifel student u 81 tifla.  L-iskola tal-isport hi mfittxija ħafna mill-ġenituri li jixtiequ lil uliedhom jimxu ‘l quddiem fis-settur sportiv.

Fil-Parlament il-Ministru Bartolo ta wkoll rendikont ta’ x’inhuma l-kwalifiċi li wieħed irid jilħaq biex jidħol f’din l-iskola. Hemm żewġ stadji fejn wieħed jista’ jsir student tal-iskola nazzjonali tal-isport.Aqra aktar

Kważi 40,000 anzjan se jibdew jirċievu pagamenti ta’ bejn €150 u €300 fis-sena

Minn din il-ġimgħa total ta’ 39,877 anzjan se jibdew jirċievu pagamenti li jvarjaw bejn €150 u €300 fis-sena.

Anzjani ta’ ’l fuq minn 75 sena li jkunu għadhom jgħixu fi djarhom se jingħataw €300, filwaqt li se jingħata bonus ta’ €250 jew €150 fis-sena lil persuni li jkunu laħqu l-etá tal-pensjoni iżda għadhom ma għalqux 75 sena u li ma jkunux ħallsu biżżejjed bolol biex jieħdu pensjoni.

B’kollox se jitħallsu 27,572 persuna li jaqgħu taħt is-Senior Citizen Grant u bejniethom se jieħdu €8,233,923.62.

Intant 12,305 persuna, li numru sostanzjali minnhom huma nisa, li jkunu laħqu l-età tal-pensjoni iżda għadhom ma għalqux 75 sena u li ma jkunux ħallsu biżżejjed bolol biex jieħdu pensjoni, se jieħdu bejniethom €2,488,366.80.

B’hekk is-somma totali allokata hija ta’ €10,722,290.42.

Dawn l-għotjiet jingħaqdu maż-żidiet fil-pensjoni li ngħataw lill-anzjani.

Din hija xhieda ta’ kemm il-Gvern hu kommess li jkompli jagħmel id-differenza għall-aħjar fil-ħajja tan-nies għax dan hu Gvern li jwettaq dak li jwiegħed.

Jibda jingħata l-asfalt fi Triq Cachia Zammit fiż-Żejtun

Il-Ħadd filgħodu beda jingħata l-asfalt fi Triq A. Cachia Zammit fiż-Żejtun. Ix-xogħol tal-asfalt beda wara li l-proġett ta’ bini mill-ġdid tat-triq ħa bosta xhur b’inkonvenjent kbir għar-residenti u l-komunità kummerċjali fl-inħawi.

Waqt żjara li l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg għamel il-Ħadd filgħodu fuq il-lant tax-xogħol, Dr Borg tkellem dwar id-diffikultà li nqalgħet minħabba x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ din it-triq, li kien jinkludi wkoll servizzi tal-ilma ġodda taħt l-art.

Huwa qal li fl-aħħar xhur saret ħidma biex jingħelbu bosta diffikultajiet mill-aktar fis.

Dr Borg ta ħajr lid-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta’ Transport Malta, lill-kuntratturi u l-entitajiet li kkollaboraw f’dan il-proġett u lir-residenti tal-appoġġ tagħhom. Madankollu huwa insista ma’ dawk kollha involuti sabiex jitgħallmu mid-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom tul dan il-proġett u jaraw li jevitawhom fi proġetti oħra.

Il-Ministru qal li l-Gvern se jibqa’ jistinka biex titjieb l-effiċjenza u l-kwalità tal-investimenti infrastrutturali.

Malta ssellem il-vittmi tal-Olokawst – wieħed mill-agħar għemejjel ta’ inumanità

Id-dinja fosthom Malta illum qiegħda tfakkar it-tlieta u sebgħin anniversarju tal-ħelsien tal-priġunieri mill-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz fin-Nofsinhar tal-Polonja. Imlaqqam il-fabbrika tal-mewt, tul it-Tieni Gwerra Dinjija, fil-kampjiet ta’ konċentrament inqatlu aktar minn miljun ruħ, fil-biċċa l-kbira tagħhom Lhud, f’wieħed mill-agħar għemejjel ta’ inumanità u mibegħda.

Fi tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja tal-vittmi tal-Olokawst. Huwa sejjaħ għal impenn b’saħħtu min-nazzjonijiet kontra l-anti-semitiżmu u r-razziżmu. Dr Muscat saħaq fuq il-paċi u sostna li fid-dinja m’hawnx post għal mibegħda.

Il-ġurnata tal-lum kienet iddikjarata mill-Ġnus Magħquda bħala l-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst.

 

Il-QORTI KOSTITUZZJONALI MA TILQAX L-APPELL TA’ AZZOPARDI

Il-Qorti Kostituzzjonali ppreseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri ma laqgħetx l-appell li tas-Sindku tar-Rabat Għawdex biex tinbidel il-Maġistrat li qed tisma’ l-kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-eks Ministru għal Għawdex Anton Refalo b’rabta ma’ kummenti li għadda dwar is-Sindku Samuel Azzopardi li nstab ħati li saq xurban.

Samuel Azzopardi ma riedx li din il-kawża tinstema’ mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri għax fl-imgħoddi kienet kandidat tal-Partit Laburista.

Il-Qorti tal-Maġistrati u l-Qorti Kostituzzjoni kienu diġà ċaħdu din it-talba iżda Samuel Azzopardi, permezz tal-avukati tiegħu, fosthom id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella mid-deċiżjoni.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti Kostituzzjonali magħmula wkoll mill-Imħellef Gianino Caruana Demajo u l-Imħallef Noel Cuschieri qalet li l-Qorti ma sabet ebda prova li mqar tagħti x’tifhem li l-Maġistrat żammet xi rabta jew relazzjoni mal-Partit Laburista.

Żiedet li r-rabta li kellha l-Maġistrat qabel il-ħatra ma tatix lok għal xi tħassib oġġettiv dwar l-imparzjalità tagħha.

Il-Qorti fakkret li s-soċjetà Maltija hija dik li hi. Qalet li f’kull każ se se jiġu riskontrati dawk il-kawżi b’xejra ftit jew wisq politika li se jiġu assenjati lil ġudikanti li jkunu esprimew il-fehma politika tagħhhom fil-passat qabel inħatru fil-kariga.

Sosntiet li sakemm dawn il-fehmiet ma jibqgħux jingħadu u dment li jiġi identifikat distakk ċar bejn il-fehmiet u r-rwol tal-ġudikant, fin-nuqqas ta’ provi, hija l-fehma ta’ din il-Qorti li f’dawn iċ-ċirkostanz l-perċezzjoni oġġettiva ta’ imparzjalità tibqa’ intatta.

Il-Qorti ċaħdet ukoll it-talba ta’ Azzopardi dwar iż-żmien u qalet li huwa immaterjali kemm ikun għadda żmien bejn il-fehmiet espressi u l-ħatra tal-persuna bħala ġudikant.

Fid-dawl ta’ dan il-qorti kkonferma is-sentenza appellata bl-ispejjeż kontra Azzopardi.

Aġġornat: BIL-FILMAT: Identifikat ir-raġel li nstab b’daqqiet ta’ sikkina fil-Furjana

Ir-Raġel Tuneżin ta’ 31 sena residenti l-Furjana li kien qed isofri minn ġrieħi serji wara li nstab mitluf minn sensih u b’daqqiet ta’ arma u bil-ponta fil-Furjana m’għadux fil-periklu tal-mewt.

Il-każ ġara għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ħamis li għadda filgħaxija fejn ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Miratur, il-Furjana.Aqra aktar

Send this to a friend