Owen Galea – Page 3 – One News

Owen Galea

Notifiki

ARA: il-budget mal-ewwel daqqa t’għajn

Dan huwa t-8 baġit li qed jippreżenta dan il-Gvern li se jkun il-5 baġit konsekuttiv b’surplus u t-tielet baġit konsekuttiv li mhu se jintroduċi jew iżid l-ebda taxxa. Dan il-baġit b’kollox fih 163 miżura u f’dan is-servizz se tkun tista’ tara dawk il-miżuri kollha li jolqtu lilek.

Miżuri li jolqtu lill-familji
1. COLA – Żieda ta’ €3.49 kull ġimgħa għal kulħadd inkluż impjegati, pensjonanti, nies li jirċievu l-benefiċċji soċjali kif ukoll studenti biż-żieda tal-istipendju pro-rata.
2. €4 miljuni investiment għal one-off bonus minn €15 sa €35 għal kull dar.
3. Żieda oħra ta’ ġurnata leave għall-impjegati kollha, it-tielet ġurnata leave fi tliet snin

Familji
1. COLA – €3.49 kull ġimgħa għal kulħadd inkluż impjegati, pensjonanti, nies li jirċievu l-benefiċċji soċjali kif ukoll studenti biż-żieda tal-istipendju pro-rata
2. €4 miljuni investiment għal One-off bonus minn €15 sa €35 għal kull dar
3. Żieda oħra ta’ ġurnata leave għall-impjegati kollha, it-tielet ġurnata leave fi tlett snin
4. 15% rata ta’ taxxa minn 35% għall-ewwel 100 sigħa over-time għal min jaqla’ anqas minn €20,000 – Investiment ta’ €5.3 miljun
5. Ser jerġa jingħata tax refund għat-tielet sena konsekuttiva – €11.5 miljun investiment għar-rifużjoni tat-taxxa li tlaħħaq minn €40 sa €68 għal 200,000 persuna li jaħdmu
6. €300 bonus għal kull tarbija li titwieled jew adottata / jibbenefikaw madwar 4,000 familja)
7. Żieda b’€10 fil-ġimgħa fl-allowance għar-romol li għandhom tfal taħt it-18, irrespettivament jekk jaħdmux jew le, mhux ser jibqgħu penaliżżati romol li jaħdmu
8. Estensjoni għal sena oħra tat-tnaqqis fil-bolla minn 5% għal 1.5% meta business tal-familja jiġi trasferit għall-ulied

Pensjonijiet

F’dawn l-aħħar seba’ snin in-nefqa fuq il-pensjonijiet kontributorji u mhux, kibret għal 250 miljun euro
1. Għall-5 sena konsekuttiva se nżidu l-pensjonijiet – 92,000 pensjonant b’żieda ta’ €3.51 fil-ġimgħa, b’kollox żieda ta’ €7.00 fil-ġimgħa inkluż il-COLA, jew €364 fis-sena. Investiment ta’ 16 –il miljun.
2. Il-qligħ mhux taxxabli mill-pensjoni ser jiżdied għal €13,798
3. Dawk il-koppji b’pensjoni waħda ser jiżdied għal €2,000 euro , id-dħul li jkun eżentat mit-taxxa, jiġifieri għal €15, 798
4. 16,000 pensjonant ser jibbenefika minn għajnuna supplimentari għall-pensjonanti ser tiżdied minn €50 għal €150
5. Bonus għall-anzjani li mhumiex eleġibbli għall-pensjoni minima ser ikompli jitħallas anke meta persuna tagħlaq il-75 sena
6. Għotja ta’ €300 għal min għandu 75 sena u joqgħod f’daru/ madwar 3000 anzjan
7. Din l-għotja tiżdied għal €350 għal min jagħlaq it-80 sena u joqgħod f’daru / mat-18,000 benefiċċarju
8. Minn €300 sa €350 għotja għal min iħallas biex jgħix f’dar residenzjali tal-anzjani privata/ 900 anzjan ser jibbenefikaw
9. Il-bonus li jitħallas lill-persuni li ma ħallsux biżżejed bolol biex jikkwalifikaw għall-pensjoni minima u li qabel kienu jieħdu bonus, issa ser jibqgħu jieħdu bonus anke meta jagħlqu 75 sena / 16,500 jibbenefikaw
10. Jerġgħu jinfetħu s-62+ Government Saving Bonds għal 6,300 persuna oħra rtirata. Fl-aħħar tlett snin 24,600 investew ftit anqas minn 3 miljun euro
11. €13 –il miljun oħra għall-bord tal-ingustizzji / jintlaqtu 8,000 individwi jew l-eredi tagħhom
12. Dawk il-Persuni li kienu fil-Korp tal-Pulizija, Protezzjoni Ċivili, Armata jew Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin u li wara li rtiraw komplew jaħdmu, meta ssir l-evalwazzjoni tal-pensjoni , jistgħu jgawdu mir-rata ogħla ta’ pensjoni kontributorja għall-Irtirar , u jekk ikun jaqblilhom jitqiesu wkoll is-snin meta kienu għadhom fis-servizz
13. Dawk il-persuni li minkejja li kellhom biżżejed kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali biex jirtiraw ta’ 61 sena jew laħqu l-eta’ tal-irtirar bejn l-2016 u l-2018 u jaħdmu mas-servizz jew settur pubbliku, komplew fl-impjieg tagħhom mingħajr ma ħadu l-pensjoni minn tal-inqas għal sena, mhux ser jitilfu ż-żidiet li akkumulaw f’dawn is-snin għax ser ikollhom ir-rata tal-pensjoni tagħhom aġġustata biż-żidiet akkumulati
14. Se jkunu eżentati mit-taxxa €200 oħra għal min ghandu pensjoni tas-servizz biex b’hekk is-somma eżentata tlaħħaq €2,666
15. Estensjoni tal-inċentivi fiskali għal min jinvesti f’pensjoni privata jew anke min iħaddem joffri skema volontarja

Diżabilità/Mard

1. Pensjoni tad-disabilita’ severa li ser titla’ ekwiwalenti għal minimum wage, ser tiżdied minn €150 għal €161.40 kull ġimgħa. 650 benefiċċjarju ġdid
2. Ser tiżdied ir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali ukoll ekwivalenti għall-Paga Minima Nazzjonali.
3. Ġenituri ta’ tfal li jbatu minn mard rari jew li għandhom disabilita’ severa, ser jingħataw sa 8 snin kontribuzzjonijiet tal-bolol
4. Persuni neqsin mis-smigħ jew li ma jitkellmux isiru eleġibbli għall-Assistenza għal Diżabilita’; meta jagħlqu is-16 –il sena
5. Grant li jingħata għall-apparat speċjali għall-persuni b’disabilita’ lil ser jiżided, b’400 għal massimu sa €1,000
6. Persuni li jkunu qed jieħdu trattament tal-kanċer jitħallsu tas-sick leave sa mill-ewwel jum wara t-tieni talba u mhux mir-raba’ jum kif kien iseħħ f’każijiet oħra ta’ mard
7. Min ibati minn Fibromyalgia u ME ( Myalgic Ecncephalomyelitis) ser jikkwalifika għall-Sickness Assistance u Contributory Sickness Assistance
8. Malta Enterprise ser tvara skema biex tgħin negozji li jħaddmu persuni bi bżonnijiet speċjali . L-ażjendi ser jingħataw grant fuq spejjeż relatati ma’ investiment li mhumiex ikkunsidrati bħala parti mill-obbligu legali

Housing / Suq tal-Propjetà

1. Benefiċċju tal-kera li s-sena l-oħra iggwadanjaw minnu 1,000 persuna, issa ser ikun eleġibbli għalih min għandu dħul annwali ta’ persuna li tgħix waħidha sa massimu ta’ €19,999 minn €14,500, f’każ ta’ koppja b’żewġt itfal, id-dħul annwali għall-eliġibilita’ ser jitla’ għal €32,000 minn €28,600
2. Kontinwazzjoni ta’ €60 miljun għal 3 social housing projects maġġuri : ser jinbnew 2,400 units ġodda
3. Tkomplija ta’ proġetti speċjali b’xogħolijiet fuq appartament ta’ żewġt / tlett ikamamar , sabiex żewġt jew tliet anzjani jgħixu fl-istess fond flimkien
4. Loan mingħajr interessi sa €17,500 biex tgħin fl-ewwel 10% deposit fuq loan, għal nies sa 40 sena meta jixtru l-propjeta’ tagħhom. Loan tista’ tisħallax sa 15 –il sena bla interessi
5. Tkomplija fuq manutenzjoni fuq 50 blokk ieħor tal-housing
6. First-Time Buyer Scheme – l-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll ser tiżdied minn €150,000 sa €175,000, frankati €6,500
7. Estensjoni tas-Second Time Buyers
8. Estensjoni UCA
9. Tnaqqis ta’ taxxa tal-boll fuq propjetajiet f’Għawdex
10. Rifużjoni fuq spejjez ra’ restorazzjoni fuq propjetajiet.
11. Tnaqqis fit-taxxa tal-boll għal min jixtri dar biex joqgħod fiha anke jekk mhux first-time buyer u għal dawk li diġa qed jgħixu ġo dar li mhux tagħhom u din id-dar titħalla lilhom b’wirt, l-ammont li fuqu titħallas ir-rata mnaqqas ta’ 3.5% tela’ għal €175,000
12. Kwalunkwe qligħ jew profitt inċessjonijiet , fuq l-ewwel €100,000 ser jiġu intaxxati bil-15% minflok bit-25%
13. Investiment f’tagħmir biex jiġu reġistrati l-Artijiet kollha tal-Gvern

Trasport u Infrastruttura

1. €100 million ser jġu investiti s-sena d-dieħla fuq toroq
2. Tal-Linja Card b’xejn għal min għandu 75 sena u aktar/ ‘il fuq minn 19,000 anzjan
3. Ikompli trasport pubbliku b’xejn għall-iskejjel kollha
4. Tkompli Tal-linja card b’xejn għall-min għandu minn 14 sa 20 sena, full-time students minn 20 sena ‘il quddiem u persuni b’diżabiltajiet
5. Tkompli l-miżura li tingħata vat refund u grants għal min jixtri roti, bicycle racks, roti pedelec u muturi
6. Tkompli tingħata somma ta’ €400 għal min jixtri muturi , scooters u roti assistit b’mutur tal-elettriku
7. Tkompli l-iSkema tal-Iskrappjar
8. Sejħiet ġodda biex inżidu konnessjonijiet bil-baħar , f’żoni bħal Kottonera, Marsaxlokk, Marsascala, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Mellieħa u oħrajn.
9. Wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett tal-ferry landing site ta Marsamxett , ser jiġu mmoderniżżati sitt siti oħra simili

Għawdex
1. L-Awtorita’ Reġjonali għal Għawdex
2. Inċentivi fiskali għal kumpaniji li jirrilokaw lejn Għawdex
3. Skemi biex jiġu promossi laqgħat, inċentivi, konferenzi u avvenimenti ( MICE)
4. Xogħol biex ir-raba’ vapur isir permanenti
5. Ser jibqa’ għaddej ix-xogħol biex jiġi introdott is-servizz tal-fast ferry
6. Ikomplu l-preparamenti għall-mina bejn Malta u Għawdex
7. Xogħolijiet fuq Triq l-Imġarr u triq Ir-Rabat
8. Tkomplija tax-Xogħol fuq 33 triq oħra, u jibda x-xogħol fuq 11 –il triq oħra / investiment fit-toroq għas-sena ddieħla ta’ €10 miljuni
9. Dar għar-Residenti Anzjani – Dar San Gużepp
10. Żona magħrufa bħaltal-Ħofra ser tintuza bħala sit minn fejniwettqu l-attivita’ ekonomika intraprendituri żgħar
11. Tisbiħ tal-bajjiet ta’ Marsalforn –bini ta’ breakwater
12. €11 –il miljun investiment fuq biex Għawdex ikollu l-ewwel reverse osmosis
13. Estenzjoni tal-Benefiċċju tal-kiri għal studenti Għawdxin ujiġi imsaħħa il-proġett tal-hostel f’Villa Lauri
14. Tkomplija f’investiment fi smart parking, u bdil tal-vetturit al-Gvern għal dawk elettroniċi
15. Jinbeda r-restawr ta’ Għar Gerduf u tal-Akwedotti

Ambjent
16. Sas-sena d-dieħla strateġija nazzjonali li tpoġġi lil pajjiżna fit-triq lejn carbon neutrality sas-sena 2050
17. Nissuktaw bit-tħejjijiet tal-impjant tal-Waste to Energy
18. Traħħis tat-tariffi min jiċċarġja vetturi elettriċi f’daru – jibdew iħallsu €13-il ewro kull unit
19. Mis-sena d-dieħla tibda il-Beverage Container Recycling Scheme. Sal-aħħar tas-sena 2020, dawn it-tip ta’ magni jkunu ġew installati madwar Malta u Għawdex
20. L-importażżjoni ta’ single use plastic products ser tkun imwaqqfa mill-1 ta’ Jannar 2021 u mhux ser tkun tista tinbiegħ minn Jannar 2022. Se jkun hemm skema ta’ għajnuna għall-ħwienet tal-merċa, biex jarmaw green corners biex jinbigħu prodotti tal-ikel u oħrajn bl-użin/ sussidju ta’ nofs l-ispejjeż sa massimu ta’ €3,000
21. €2 miljuni għal Park Nazzjonali Ta’ Qali
22. Ser jitlaqqgħu l-entitajiet kollha responsabbli mill-Indafa biex jiġu utiliżżati aħjar ir-riżorsi
23. Sa €2000,000 inċentiv biex isir investiment fuq makkinarju li jniġġes inqas li jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni
24. Estensjoni ta’ bajjiet bħal Rinella u l-Għadira
25. Proġett pilota biex inżidu l-aċċessibilita’ f’rocky beaches mingħajr intervent negattiv fuq l-ambjent
26. Żvillup ta’ National Trail Network bl-għan li jiġu promossi trails u tiżdied l-aċċessibilita’ f’żoni rurali
27. Riġenerazzjoni fuq ix-Xatt tal-Imsida, Xatt tal-Kalkara, Tal-Pieta’ , Ġnien il-Mali, daħla tal-Isla u Belvedere. Tkomplija ta’ restawr f’binijiet tal-Gvern fil-Belt Valletta
28. Marsaxlokk – riġenerazzjoni u bidu ta’ xogħolijiet fuq pitch tal-waterpolo
29. F’Birzebbuga xogħol ta’ preparazzjoni gġall-afforestazzjoni u siti ta’ ikkampjar
30. Bħala parti minn Paceville Embellishment programme , tisbiħ ta’ Ġnien Spinola u sitt siti oħra
31. Organiżżazzjonijiet volontarji ambjentali li jkunu iskritti aktar minn 5 snin u li jkunu konformi mal-Att dwar Organiżżazzjonijiet Volontarji, jiddaħħal capping massimu ta’ €1,000 li dawn l-organiżżazjonijiet iħallsu meta jagħmlu appelli quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar

Enerġija, Ilma u Drenaġġ

1. Ikomplu skemi ta’ panelli fotovoltajiċi solari, heat pump water heaters, solar water heater, u insulazzjoni aħjar tad-djar. Se tkompli tiġi stabbilita’ feed-in tariff għall-elettriku ġenerat minn installazzjoni fotovoltajiċi għax-xemx
2. Grant għal batteriji għall-ħażna ta’ enerġija rinnovabbli sa 25% fin-nefqa u li ma taqbiżx l-€1,000
3. Gas Pipeline bejn Malta u Sqallija b’investiment ta’ €400miljun sal-2024 biex tisparixxi l-Floating Storage Unit f’Delimara.
4. L-ARMS ser testendi s-servizzi tagħha fiċ-ċentri kollha ta’ servizz.gov
5. Riġenerazzjoni tal-pjazez biex ikunu awto-sostenibbli
6. Teknoloġija ġdida biex l-impjanti tar-reverse osmosis titnaqqas il-konsum tal-enerġija filwaqt li titjieb l-effiċjenza
7. Estensjoni tan-network tal-ilma ġdid biex ikunu jistgħu jgawdu minnu aktar bdiewa kemm fit-Tramuntana kif ukoll fin-Nofsinhar ta’Malta.

Biedja u Sajd
1. Ikompli jitwettaq it-titjib fil-Hard Standing Facility f’Marsaxlokk , l-iżvillup ta’ Control Hub ċentrali fil-Marsa u l-iskema għar-restawr tad-dghajjes – Sajd

2. Jitkompla xogħol ta’ restawr fil-Biċċerija Pubblika

3. Investiment f’erba’ Laboratorji- dak tal-Veterinarju Nazjonali, Laboratoru għas-Saħħa tal-Pjanti, il-Laboratorju għall-Ittestjar tal-Ġamrija u l-ilma għat-Tisqija u t-twaqqif ta’ l-Ewwel Genebank Nazzjonali

4. Pjan ta’ Riġenerazzjoni fil-Pitkalija

5. Ir-razzett tal-Gvern fl-Għammieri ser jinbidel f’Ċentru ta’ Innovazzjoni u Riċerka Agrikola

6. Għajnuna ġdida li tħeġġeġ kumpaniji fl-Agrikoltura u Sajd biex ikunu aktar innovattivi taħt l-Innovation Aid for SMEs – biex kumpaniji jdaħħlu spejjeż ta’ paga ta’ persuni kwalifikati fir-riċerka, żvillupp , innovazzjoni, kif ukoll jiġu koperti spejjez relatati ma’ advisory u support services fil-qasam

Saħħa
1. Binja ġdida tal-outpatients
2. Investiment fir-robotic surgery
3. Ċentru Reġjonali tas-Saħħa fit-Tramauntana ta’ Malta
4. Ċentru għall-kura primarja f’Għawdex
5. Sptar gdid tal-kura psikjatrika
6. Medicini ġodda tal-qalb, ċirkolazzjoni , kanċer, mard tal-ġilda u mard rari

Edukazzjoni

7. Estensjoni tal-użu tal-blockchain biex tkopri aktar istituzzjonijiet fosthom l-Universita’ ta’ Malta

8. Possibiltà ta’ estensjoni tal-one tablet per child anke fl-iskejjel medji

9. Investiment ta’ €7 miljuni fl-infrastruttura tal-Università ta’ Malta u l-MCAST

10. Investiment b’saħħtu fi skejjel ġodda (Qawra) u immoderniżżar fi skejjel oħra (Zejtun, skola sekondarja Santa Luċija, skejjel primarji Imsida u Rabat (Għawdex)

11. Ikompli Trasport b’xejn għall-istudenti kollha fil-primarja u s-sekondarja/ 26,000 elf student jużawh/ €700 għal kull wild

12. Tisħiħ tal-ilsien Malti – spellchecker tal-Malti onlajn

13. Il-Gvern se jagħti sa €850 lil dawk iż-żgħażagħ li jistudjaw lingwa barranija f’pajjiż ieħor

14. Qafas ta’ gwida dwar il-piż tal-basktijiet tal-istudenti

15. Kien hemm żieda ta’ aktar minn 80% fl-istudenti tal-ITS, issa ser inkunu qed noffru l-ewwel korsijiet f’livell ta; Masters fil_Qasam tal-Ospitalita; u l-ewwel Baċellerat fil-qasam tad-Diving

16. Ser jibda x-xogħol f’kampus ġdid fi Smart City li se jkun jinkludi lukanda

17. Industry Education Hub sabiex tkun imnaqqsa l-iskills gap

18. Konservazzjoni, restawr u immodernizzar tal-Bibljoteka Nazzjonali

19. Eżenzjoni mill-Vat għall-provvista ta’ edukazzjoni jew riċerka edukattiva, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid, inkluż tagħlim li jsir minn distanza , minn skola jew istituzzjoni rikonoxxuta

Prekarjat
20. Anke fis-settur privat , naraw li ħaddiema ta’ kuntratturi li jkollhom kuntratti ma entitajiet partikolari fis-settur privat, ikunu jgawdu l-paga bażika għall-istess xogħol f’dik l-entita’ partikolari – b’konsultazzjoni mal-Unions u l-Korpi Kostitwiti
21. Mhux ser ikun tollerat li min iħaddem wara li jkun naqqas il-paga tal-impjegati tiegħu ħabba l-Bolla, dan il-ħlas ma jgħaddix lill-Gvern , bil-konsegwenza li fil-futur , l-impjegat jispiċċa ma jkollux il-kontribuzzjonijiet suffiċjenti biex jikkwalifika għall-pensjoni aktar għolja
22. Ser jingħata ċans biex kull min iħaddem jirregolariżża ruħu, jekk mhux qed josserva il-liġijiet – fin-nuqqas ta’ dan il-Gvern ser ikun qed jieħu l-pasi neċċessarji

Volontarjat

23. Ċentru għall-Volontorjat f’Marsaxlokk

Sport

113. Bi preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi Ż-Żgħar , jiġġeddu, jiġu mmordeniżżati u mnedija faċilitajiet sportivi bħal racing track, tennis, squash, weightlifting u handball
114. Jitkompla x-xoghol fuq indoor pool fil-Kottonera
115. Pixxina ġdida f’Marsascala
116. Tħejjijiet biex issir it-Tieni fażi tal-Kumpless Sportiv tal-Isparar f’Ta’ Kandja
117. Aktar minn 28 miljun miljun ewro investiment fi trakka ta’ żwiemel
118. Għaddejja ħidma wkoll fuq it-trakka tal-karozzi u fiż-żmien li ġej ikun hemm żviluppi konkreti
119. Park ta avventura fil-Kottonera għall-familji kollha

Kultura

120. Konsultazzjoni fuq x’isir minn Pjazza Teatru Rjal , biex tintuża aħjar
121. Politika Nazzjonali għall-Kultura sal-aħħar tal-2020

122. Se jsir il-proġett tal-Inventarju Nazzjonali tal-Patrimonju

123. Restawr ta’ bosta binjiet importanti bħal Cottonera Lines, Victoria Lines u Fort Ricasoli

Negozji u Innovazzjoni

124. Estensjoni tal-iskemi Business Start u Start Up Finance
125. Sejħa biex il-miżbla antika tal-Marsa tinbidel f’żona industrijali ġdida, żona għall-isport u żona ta’ rikrejazzjoni mingħajr ma tintmiss art verġni. Skart u radam mill-bini ser jerġa’ jintuża mill-ġdid bl-intervent tal-UOM
126. Tibda l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-AI, boroż ta’ studju, kampanji edukattivi
127. Twaqqif AI Innovation Hub

128. Internet of Things – proġett pilot li jaħdem bl-IOT u jilħaq il-kommunita’

129. Fondi allokati lill-MITA – sabiex isaħħaħ is-sigurta’ tas-sistemi minn attakki ċibernetiċi

130. Dokument konsultattiv għall-pubbliku biex iservi ta’ bażi għall-istrateġija nazzjonali għall-ispazju biex issir kummerċjaliżżazzjoni biex nattiraw kumpaniji

131. Numru ta’ inċentivi ġodda biex nattiraw aktar kumpaniji sabiex jipproduċu logħob f’pajjiżna

132. Investiment biex insaħħu korsijiet edukattivi biex jispeċjalliżżaw fil-video games

133. Business Portal Interattiv, li ser juża teknoloġija moderna u l-AI biex ikun hemm aktar effiċjenza għas-settur pubbliku u anke dak privat

Ġustizzja , Sigurta’, Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus

134. Bini ta’ binja speċjaliżżata biex tospita laboratorju ta’ traċċar ta’ assi u spazju adegwat għall-preservazzjoni ta’ assi konfiskati
135. Tkomplija tal-implimentar tas-separazzjoni tal-funzjonijiet dupliċi tal-Avukat Ġenerali
136. Aktar teknoloġija diġitali fis-sistema tal-Ġustizzja f’Malta
137. Mhux ser ikun aktar possibli li tinxtara u tinkera propjeta’,karozzi, dgħajjes, jottijiet, djamanti, ħaġar prezzjuz u oġġetti ta’ arti, jinxtraw bi flus kontanti għal valur li jaqbeż l-€10,000
138. Twaqqif tal-Aġenzija Financial Oganised Crimes Agency
139. L-operaturi kollha regolati ser jiġu spezzjonati minn tal-inqas darba kull erba snin/ dawk mhux regolati tal-inqas darba kull 18 –il xahar
140. X ray tunnel van u żewġ magni għal screening ta bagalji
141. Xiri ta’ offshore patrol vessel ġdida għall-Forzi Armati, investiment f’xiri ta’ tagħmir sofistikat għall-Ispecial Operations Unit
142. Investiment ta’ apparat u vetturi ta’ RIU u SIU tal-Pulizija
143. Għassa Ġdida f’Wied il-Għajn
144. Hub Reġjonali għac-CPD
145. Uffiċini ġodda għat-Taqsima tal-Prosekuzzjoni fi ħdan il-Korp biex ikollu tim ta’ prosekuturi tal-Korp
146. Refurbishment fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin u fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli, dan ix-xogħol ser isir mill-priġuniera nfushom
147. Estensjoni tal-electronic tagging għall-priġuniera
148. Tisħiħ tas-Psychology Unit u introduzzjoni ta’ programm bil-għan li jonqos ir-reċediviżmu

Ugwaljanza

149. Akkademja tal-Integrazzjoni
150. Twaqqif ta’ Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijeit tal-Bniedem u Ugwaljanza
151. L-ewwel strateġija u pjan t’azzjoni nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’diversi setturi, fosthom saħħa u ġustizzja, xogħol u l-indipendenza finanzjarja, il-bilanċ bejn ix-xogħol , il-ħajja privata u tal-familja u biex tassigura wkoll li jkollna aċċess u opportunitajiet indaqs għal pożizzjoni ta’ awtorita’ għan-nisa u l-irġiel

Riformi

152. Tnedija ta’ sevizz professjonali biex ikun hemm exit programme għall-prostituti
153. Tibda r-riforma fuq traffikar uman mifruxa fuq 5 snin u estenzjoni tal-Kampanja Edukattiva: Uman Bħalek
154. Titnieda riċerka lokali dwar l-impatt finanzjarju li għandha l-vjolenza domestika fuq vittmi u l-ekonomija Maltija
155. Il-Kumitat Tekniku għat-Tisħiħ tad-Demokrazija hu mistenni li jressaq ir-rakomandazzjonijeit finali tiegħu sa tmiem din is-sena dwar rappreżentanza ugwali fil-Parlament , tibda kampanja ta’ informazzjoni permezz tal-programm EQUAL
156. Tkomplija ta’ kampanja edukattiva , biex jintlaħqu 9,000 student, dwar l-effetti tad-droga
157. Skema finanzjarja għall-organizzazzjonijiet volontarji biex bħala parti mill-kampanja Achievers , jorganizzaw attivitajiet fost it-tfal u żgħażagħ fl-oqsma tal-kultura , mużika u sport

Turiżmu

158. Se jitkompla l-proċess ta’ bdil ta’ flott tal-ajruplani tal-AirMalta. Proċess mifrux fuq 5 snin
159. Ħidma biex tiġi żviluppata niċċa ekonomika ta’ Drones ( Remoted Piloted Aircraft Systems)
160. Diskussjonijiet biex isir upgrade ta’ Pinto 4 u Pinto 5 u faċilitajiet ta’ landing f’Lascaries minħabba l-industrija tal-Cruise Liners

Kunsilli Lokali

161. Skema li permezz tagħha, numru ta’ persuni jiġu assenjati mal-Kunsill Reġjonali
162. Ser jiżdiedu smart bins madwar Malta

Affarijiet Barranin

163. Preparamenti biex tinfetaħ ambaxxata oħra fl-Amerika t’Isfel u oħra fit-Tokyo

Id-dħaħen mill-power stations f’Delimara naqsu bi 3.8% fl-2018

Il-qalba li pajjiżna għamel għall-gass mill-heavy fuel oil qed tkompli twassal għan-nuqqas ta’ emissjonijiet fl-arja b’ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li matul is-sena li għaddiet, id-dħaħen mill-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku naqsu bi tlieta punt sitta fil-mija meta mqabbel mal-2017.

L-EMISSJONJIET MILL-POWER STATIONS F’MALTA
2018 – TNAQQIS TA’ 3.6%

Iċ-ċifri tal-NSO juru li s-sena li għaddiet il-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta żdiedet bi 2.8 fil-mija u qabżet iż-żewġ miljun u ħames mitt elf megawatt kull siegħa, l-ogħla f’kull żmien.

Kważi tmienja u sittin fil-mija tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta fl-2018 kienet iġġenerata mill-power stations, segwita bl-importazzjoni tal-elettriku mill-interconnector b’24.5 fil-mija u sebgħa punt tmienja fil-mija li kienet iġġenerata minn sorsi ta’ enerġija nadifa.

IL-ĠENERAZZJONI TAL-ELETTRIKU F’MALTA
POWER STATIONS – 67.7% (+19.2%)
INTERCONNECTOR – 24.5% (-29.6%)
ENERĠIJA NADIFA – 7.8% (+15.4%)

L-NSO li ppubblika l-istatistika miġbura mill-Enemalta juru wkoll li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, l-Enemalta esportat l-elettriku fis-suq Ewropew meta f’Settembru tal-2017 u f’Settembru tal-2018, esportat aktar minn 46 elf mega watt hour ta’ elettriku.

Joħroġ ukoll li matul is-sena li għaddiet kompliet tiżdied il-ġenerazzjon tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija nadifa, l-aktar mill-pannelli tax-xemx li żdiedet bi 15.4 fil-mija. Din kienet tfisser ukoll żieda ta’ 165 fil-mija meta mqabbel mal-2014.

L-NSO żied jgħid li l-konsum tal-elettriku jilħaq l-aqwa tiegħu fix-xhur sħan ta’ Lulju u Awwissu.

Isostnu li Dalli wriet li għandha għarfien profond dwar il-portafoll tal-Ugwaljanza

Il-Kummissarju Ewropew nominat Helena Dalli kisbet l-appoġġ tal-kumitati tal-Parlament Ewropew għall-Kumitati dwar id-Drittjiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza u l-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u b’hekk mistennija tinħatar bħala l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza fil-Kummissjoni ta’ Ursula Von De Leyen sal-2024. Aqra aktar

Send this to a friend