One Admin | One News - Part 2

One Admin

Notifiki

Schiavone: Paul Borg Olivier ma jirrappreżentax lill-PN

Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone ddikjara li l-ex Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier ma jirrappreżentax lill-Partit Nazzjonalista.

Is-Sur Schiavone qal dan b’reazzjoni għall-aġir ta’ Borg Olivieri fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.

Fl-aħħar sigħat Paul Borg Olivier uża l-facebook biex jgħajjar lis-Segretajru Parlamentari Farrugia Portelli għax skont hu ma kinitx komda tiltaqa’ man-nisa ta’ Occupy Justice.

B’reazzjoni għal dan il-messaġġ, is-Sur Schiavone qal li Borg Olivier m’għandu l-ebda kariga fil-partit. Qal li kull ħaġa li jgħid u jikteb hija opinjoni personali tiegħu u ma tirriflettix xi pożizzjoni uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.

Sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista sostnew li dan il-kumment jirrifletti l-qasma fil-Partit Nazzjonalista. Qalu li Schiavone, wieħed mill-ftit deputati li jappoġġja lill-Kap, ħa x-xoqqa f’moxtha biex iċanfar lil Borg Olivier li fil-kampanja u wara l-elezzjoni tal-kap tal-partit, baqa’ jappoġġja lid-deputat Għawdxi Chris Said.

L-amministrazzjoni ta’ Gonzi ħatja ta’ diskriminazzjoni politika fil-konfront ta’ Mario Cutajar

L-amministrazzjoni tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi nstabet ħatja ta’ diskriminazzjoni politika fit-tneħħija tal-impjieg tas-Sur Mario Cutajar, illum Segretajru Permanenti Ewlieni, fi żmien meta kien jaħdem mal-aġenzija Heritage Malta wara l-elezzjoni ġenerali tal-2008 .

Fis-sentenza tagħha, l-Kummissjoni dwar l-Impjiegi kkundannat l-interventi poltiċi li wasslu biex il-Gvern ta’ dak iż-żmien ittermina l-impjieg ta’ tiegħu minkejja li t-tmexxija tal-istess Heritage Malta kienet qed tfaħħar il-kontribut pożittiv tiegħu .

Kienet il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi, mmexxija minn Chairman maqbul bejn Gvern u Oppożizzjoni u ffurmata minn żewġ membri maħtura miż-żewġ naħat tal-kamra, li wriet fuq kif kienet biss l-opinjoni politika ta’ Mario Cutajar li wasslet għat-tneħħija tiegħu mill-kariga ta’ Head Visitor Services li dak iż-żmien kien jokkupa f’Heritage Malta .

Is-sentenza tinnota kif il-ħidma ta’ Mario Cutajar fl-aġenzija kienet apprezzata mis-superjuri tiegħu b’performance appraisals dejjem ‘il fuq minn 90% .

Saħansitra l-kap eżekuttiv ta’ dak iż-żmien Luciano Mule Stagno kien kitiblu f’Novembru 2007, 4 xhur biss qabel l-elezzjoni tal-2008, fejn esprima s-sodisfazzjon tiegħu għax-xogħol ta’ Cutajar u qallu li qed iħares ‘il quddiem għal iktar kontribut pożittiv matul l-2008.

Iżda eżatt wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008 bdiet il-pressjoni politika biex Mario Cutajar jitneħħa mill-impjieg tiegħu. Bdew laqgħat interni li għalihom kienet tkun preżenti l-Ministru Dolores Cristina li taħtha kienet taqa’ Heritage Malta kif ukoll il-kap eżekuttiv Luciano Mule Stagno .

Xhieda quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi turi kif min f’Heritage Malta kien qed jipprova jitkellem kontra l-interventi biex jitneħħa Mario Cutajar, fosthom Kenneth Gambin li eventwalment sar Kap Eżekuttiv, spiċċa mhedded. Qalulu : oqgħod attent għax int familja għandek, oqgħod attent għax il-kuntratt tiegħek wasal biex jiġġedded ukoll .

Il-pressjoni politika baqgħet għaddejja sakemm saret laqgħa tal-bord tad-diretturi u ttieħed vot favur li jitneħħa Mario Cutajar. Iċ-chairman ta’ dak iż-żmien f’Heritage Malta Mario Tabone xehed kif għal din il-laqgħa b’mod stramb ħafna kien hemm preżenti l-kap tas-Segretarjat tal-Ministru Dolores Cristina.

Quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi, Pierre Bonello li kien jaħdem ma’ Heritage Malta u ħabib antik ta’ Edgar Galea Curmi kap ta’ segretarjat ta’ Lawrence Gonzi, xehed kif lil Galea Curmi kien qallu li Mario Cutajar kien se jitneħħa fuq l-opinjoni politika tiegħu. Galea Curmi kien wieġbu “mhux biss”.

Għal Kummissjoni dwar l-Impjiegi, din kienet konferma tal-element politiku fid-deċiżjoni li eventwalment ġiet iffirmata mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi.

Mario Cutajar kien deputat segretarju ġenerali tal-GWU u ppublika diversi kotba b’temi politiċi.

Id-deal ta’ Spinola: l-Awditur jikkonferma l-involviment politiku – kien hemm id-duħħan iżda ma nstabx in-nar

L-Awditur Ġenerali kkonferma li kien hemm involviment potiku fl-iskandlu tat-trasferiment ta’ art fi Spinola taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.

Waqt li kien qed jixhed quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, l-Awditur Ġenerali enfasizza li meta l-uffiċċju tiegħu investiga dan il-każ, sab li kien hemm nuqqas ta’ dokumenti waqt li saħaq li kellha tintrefa’ r-responsabbiltà ministerjali. Bħal fil-każ tal-investigazzjoni li saret fuq il-kuntratt korrott tal-power station tal-BWSC, l-Awditur ikkonkluda li f’dan il-każ ukoll instab li kien hemm id-duħħan iżda ma nstabx in-nar.Aqra aktar

Il-Palazz tal-President lura għand il-poplu

Il-Palazz tal-President ġewwa l-Belt li huwa magħruf iktar bħala l-post li għal bosta snin kien jilqa’ l-ogħla istituzzjoni f’pajjiżna u anke kien iċ-ċentru tal-presidenza maltija, issa se jkun qed jerġa’ jingħata lura lill-poplu Malti.

Dan permezz ta’ proġett vast ta’ restawr, li jinkludi wkoll tibdill fl-użu ta’ bosta partijiet minnu.

Aqra aktar

“L-Oppożizzjoni spiċċat tikkritika lilha nnifsha”

Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili tgħid li l-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar emendi meħtieġa fil-Liġi tal-Kompetizzjoni toħroġ il-medjokrità li waqa’ fiha min qed jikkritika nuqqasijiet li daħħal hu stess b’emendi fl-2011.

Aqra aktar

SIMON JIŻBALJA FUQ MAKTUR UKOLL

Sejjaħlu tarka tan-Nazzjonalisti, u xejjru b’ċertu pjaċir iż-Żejtun. Iżda l-Kap tal-PN kellu jisfa’ kkoreġut fuq din ukoll.

Fil-fatt, maħniex ċerti kemm ser iżomm mal-wegħda li jwaħħlu fl-uffiċċju tiegħu biex jiftakar fin-Nazzjonalisti, issa li ħareġ li mitt sena ilu, l-emblema fuq il-maktur li xejjer ma kienitx teżisti.Aqra aktar

Minn pajjiżna għal Miami

Din hija d-diska Can You Hear Me, nominata għall-aqwa diska techno fl-International Dance Music Awards f’Miami. Diska li ġġorr isem pajjiżna, għaliex ir-record label tagħha hija Maltija, u jisimha Alleanza.

Aqra aktar

Send this to a friend