ONE SPORTS | One News - Part 6

ONE SPORTS

Notifiki

Prestazzjoni pożittiva tkompli mit-tennisti Maltin

Wara s-suċċess ta’ Francesca Curmi il-ġimgħa l-oħra fejn rebħet il-finali tal- ITF Junior Grade 2 Tournament tirritorna din il-ġimgħa billi tipparteċipa fl-ITF Womens Circuit Tournament li qiegħed jintlab f’Hammamet fit-Tunezija, din id-darba tingħaqad mal-istilla l-oħra Maltija tat-tennis Elaine Genovese fil-logħob femminili tad-doubles.

Id-duet Malti llum lagħab fil-kwarti finali kontra it-tielet seeds Sandra Samir u Cindy Burger, din ta’ l-aħħar tirrenkja xejn anqas minn (134) fil-“Career High Singles Ranking” tad-dinja. Genovese u Curmi taw prestazzjoni spettakolari, b’rebħa komda u distakk ta’ 6-2, 6-4.

Aqra aktar

Każ ieħor ta’ doping fl-atletika

L-isprinter Brittaniku b’oriġini minn Trinidad; Tobago Nigel Levine li għandu 28 sena ġie proviżorjament sospiż wara li nstab pożittiv f’test kontra d-droga.  Kien irrapurtat li fit-28 ta’ Diċembru huwa nstab bil-mediċina Clenburol li tgħin kontra l-asthma u li hija projbita mill-World Anti-Doping Agency il-WADA. L-agenzija Anti Doping tar-Renju Unit issa ser tagħti ċans lil atleta biex jagħmel id-diviża tiegħu. WADA tipprojbixxi dan il-prodott għax jista jgħin biex jintilef il-piż maljar u għalhekk jagħti vantaġġ illeċitu.

Levine li huwa rebbieħ tal-medalja ta’ deheb fil-Kampjonat Ewropej Indoor ma kien qed jieħu sehem meta kisser il-pelvis fi Spanja waqt li kien fuq mutur mal-kompatrijott sprinter ukoll James Ellington.  Huwa kien parti mit-tim ta’ Renju Unit fl-4 għal 100 metru relay fl-Olimpjadi ta’ Rio. Mat-tim tar-relay huwa rebaħ żewġ medalji ta’ deheb, tnejn fidda u waħda bronż fil-kampjoant Ewropej u tnejn fidda u waħda bronż fil-kampjonati mondjali.

Alexis Sanchez kkundannat 16-il xahar ħabs sospiżi.

L-attakant ta’ Manchester United, Alexis Sanchez ġie kkundanat 16-il xahar ħabs wara li ffroda lid-Dipartiment ta’ taxxa fi Spanja fiż-żmien meta kien ma’ Barcellona.

Huwa ametta li iffroda €983,443 fis-snin 2012 u 2013.  F’Jannar Sanchez kien deher quddiem il-qorti permezz ta’ video link u ammetta li ma ddikjarax dħul mill-bejgħ ta’ imaġini tiegħu f’dak il-perjodi.  Sanchez ukoll aċettali jħallas il-flus kollha lura, flimkien ma’ interessi lit-teżor Spanjol.

Din mhiex l-ewwel darba li player evada it-taxxa, bl-aktar każ riċenti ikun dak ta’ Lionel Messi li fl-2016 meta ġie kkundanat 21 xahar ta’ priġunerija sospizi. Qabel, anke Javier Mascherano weħel sentenza ta’ priġunerija sospiża fuq każ simili.

Inċidentalment, it-tliet players kienu jilgħabu ma’ Barcellona.

Luciano Spalletti fil-mira tal-ġurnali

Mument xejn faċli għall-kowċ tal-Inter Luciano Spalletti li wara li ġie mfaħħar għal bidu eċċellenti tal-Kampjonat minn naħa ta’ Inter issa mhux biss qed jiġi kkritikat għax l-Inter qed ibatu biex jirbħu iżda anke minnħabba kummenti li hu għadda.

Aqra aktar

William Chetcuti jirbaħ id-deheb fil-Gran Prix ta’ Ċipru

William Chetcuti rebaħ il-Grand Prix Internazzjonali ta’ Ċipru fid-double trap. Hu kkwalifika meta għamel skors ta’ 26,28,28,26 u 28 għal total ta’ 136 plattina minn 150.

Fi tieni parti tal-kompetizzjoni huwa kien f’vena eċċezzjonali meta laqat 77 minn 80 plattina. Andrea Vescovi ta’ l-Italja spiċċa t-tieni meta għamel skors ta’ 136 minn 150 plattina u 72 minn 80 filwaqt li l-Leow Andreas spiċċa t-tielet bi skors ta 136/150 u 52 minn 80 fil-fażi finali.

L-ewwel sigħat tal-kompetizzjoni kienu kkaratterizzati minn ħafna maltemp. William kien akkumpanjat mill-kowċ Jimmy Bugeja.

Chelsea ser izommu lil Conte

Antonio Conte mhux se jiġi imkecci minn manager ta ‘ Chelsea wara li l-bierah it-tim tiegħu qala’ tkaxkira kontra Watford bl-iskor ta’ 4-1. Għalihom din kienet it-tieni telfa infila.

Huwa mifhum l-pożizzjoni tiegħu ma ġietx diskussa fid-dawl tar-riżultat diżastruż fil-logħba tal-bieraħ u anke għaliex il-players ġew mogħtija tlett ijiem mistrie.

Sorsi fi Stamford Bridge qalu li Chelsea jibqgħu fl-ewwel erbgħa u fil-kampjonat u  għadhom fil-Uefa Champions league u l-FA Cup u ghalhekk ma hemmx bzonn bidla.

Aqra aktar

32 atleti Russi appellaw kontra l-esklużjoni tagħhom mill-loghob Olimpiku tax-xitwa

Dawn jinkludu atleti li kienu ġew sospiżi fuq l-iskandlu doping liema sospensjoni ġiet iddikjarata nulla mill-Qorti ta ‘ arbitraġġ għall-Isport (CAS) l-ġimgha li għaddiet. Id-deċiżjoni ser tittieħed f’seduta annwasli li ser ssir nhar l-Erbgħa, jumejn qabel il-logħob.

Il-Kumitat internazzjonali Olimpiku (IOC) stieden 169 atleta Russu li jikkompetu bħala atleti indipendenti f ‘ Pyeongchang wara li pajjiżhom kien ipprojbit li jippartecipa wara l-iskandlu doping fl-Olimpjadi ta’ Sochi. 43 atleta Russi kienu pprojbiti għall-ħajjithom wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni IOC li sabet evidenza ta’ doping sponsorjat, mill-Istat Russu.

Aqra aktar

Is-Serie A f idejn Spanjoli 

Id-drittijiet televiżivi tal-Kamjonat Taljan Serie A huma f’idejn Spanjoli. MediaPro kiseb id-drittijiet tat-trasmissjoni tal-kampjonati għat-tliet snin li ġejjien. Huma għamlu offerta li talbu il-Lega t’ Serie A ta’ biljun u 50 miljun Ewro għal kull l-istaġun, anzi tefgħu offerta ta’ elf ewro superjuri.   MedaPro issa ibiegħu mill-ġdid lill-operaturi, madwar l-Italja id-dinja u possibilment jagħmlu kanal tematiċi ta’ trasmissjoni.

Din l-ahbar hija rivoluzzjonarja ghal futbol fl-Italja tanmt li SKY deja qed ifficcu il-Lega ta’ Serie A fuq kompetizzjoni inġusta liema risposta trid tinqata’ fi żmien 45 jum. L-istazzjonijiet ta` Murdock u Mediaset Premium tefgħhu offerti inferjuri għad-900 miljun Ewro. Issa dawn l-istazzjonijiet jistgħu jagħmlu offerta lil Mediapro sabiex jixtru d-drittijiet taż ċerta logħbiet.  Għadu mhux magħruf pero kif ser jintlaqat il-konsumatur.

Aqra aktar

Send this to a friend