ONE SPORTS | One News - Part 5

ONE SPORTS

Notifiki

Mistenni jkun l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali Malti

Sorsi viċin din il-paġna kkonfermaw magħna li l-ex-kowċ ta’ Gzira United F.C. u Hibernians FC Branko Nisevic mistenni li jkun l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali Malti biex b’hekk jassisti lil Ray Farrugia li nħatar kowċ tat-tim nazzjonali Malti aktar kmieni din il-ġimgħa.

Nisevic m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni għal futbol Malti wara li lagħab u saħansitra mexxa timijiet f’pajjiżna u anke kien kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-19 il-sena.

Valletta Jirbħu l-FA Trophy 2-1: Dopjetta

Goals minn Kyrian Nwoko u Santiago Malano kienu biżżejjed biex Valletta jagħmlu ċert mir-rebħ tal-FA Trophy meta fil-finali li intlagħbet illum fl-stadium nazzjonali f’Ta Qali huma ghelbu lir-rivali Birkikara 2 – 1.

Għal Birkirkara skorja s-sostitut Ognjen Rolovic tlett minuti mit-tmiem.

Aqra aktar

Tarxien Rainbows FC u Jose Borg jaslu fi ftehim

OneSport jinsab infurmat li Tarxien Rainbows FC u l-kowċ Jose Borg waslu fi ftehim sabiex ikomplu l-avventura tagħhom flimkien għas-sentejn li ġejjin.

Borg irnexxielu jzomm lir-Rainbows fil-Kampjonat Premier għal staġun ieħor minkejja li ma kienx staġun faċli wara li l-ġimgħa li għaddiet huma  għelbu lil Zejtun Corinthians FC 1 – 0 fi play-off għal min ser jilgħab fil-Kampjonat Premier bejn dawn iż-żewg timijiet.

Birkirkara jirbħu l-Kampjonat Femminili

Birkirkara ddefendew it-titlu ta’ champions meta lbieraħ f’logħba deċiżiva huma għelbu lir-rivali tagħhom Hibernians 4 – 1 biex għamlu ċert mir-rebħ ta’ seba’ kampjonat fl-istorja tagħhom.

Dan kien l-ewwel kampjonat mirbuħ minn Melania Bajada bħala kowċ wara li ħadet f’idejha t-tmexxija tat-tim fil-bidu tal-istaġun. Bajada saret l-ewwel kowċ mara fl-istorja tal-futbol lokali li rebħet kampjonat bħala kowċ.Aqra aktar

L-isport advisor tal-MFA u tim manager tat-tim nazzjonali Ivan Vella jgħin fl-investigazzjoni tal-futbol Grieg

Delegazzjoni mill-Kumitat tal-moniteragg tal-FIFA ser tmur il-Greċja sabiex tinvestiga l-problemi tal-futbol Grieg wara li ġie sospiż hekk kif il-president ta’ Poak Club Ivan Savvidis daħħal pistola fil-ground fil-logħba tal-Ħadd li għadda kontra AEK Athens.

Ħabbar dan id-Direttur tal-FIFA fl-Ewropa Bjorn Vassallo.

Aqra aktar

Send this to a friend