ONE SPORTS – Page 4 – One News

ONE SPORTS

Midfielder mis-Slovenja jiffirma ma’ Floriana FC

Floriana FC ħabbru l-akkwist tal-midfielder Sloven Ivica Guberac.  Guberac għandu 31 sena b’esperjenza fost l-oħrajn ma’ Cagliari FC fl-Italja u Aris Limassol f’Cipru.

Il-pożizzjoni preferita tal-plejer hija dik ta’ midfielder irtitrat għalkemm ġieli lagħab ukoll fil-pożizzjoni ta’ difernsur laterali.

Guberac huwa l-ħames akkwist s’issa tal-president ta’ Floriana Ricardo Gaucci.

Aqra aktar

Aktar unuri għat-Tennista Malti Omar Sudzuka – Rebbieħ tal-Birkirkara Tennis Club Open 2018

Omar Sudzuka jiddomina fit-tournament tal-Birkirkara Tennis Club Open. Sudzuka t-tennista u coach tal-Asciak Tennis Academy din is-sena qiegħed iġib riżultati ferm prestiġġjuzi hekk kif ukoll jirnexxielu jirbaħ il-Kampjonat tat-Tennis tal-Birkirkara Tennis Club Open meta llum wara nofs in-nhar għeleb lil Matthew Cassar Torreggiani fil-finali ta’ dan it-Tournament bi skor ta’ 6-2, 6-4.

Aqra aktar

Jacques Scerri mhux se jkompli jmexxi lil Ħamrun Spartans

Jacques Scerri mhuwiex ser ikompli jmexxi lit-tim ta’ Ħamrun Spartans hekk kif mistenni li jittermina l-kuntratt mal-klabb.  Sorsi viċin ONE Sport ikkonfermaw li riċentament nqala’ diżgwit bejn iż-żewġ partijiet bl-istess Scerri ħass li jkun aħjar li ma jkomplix bħala kowċ tat-tim. Anke Ryan Pulis u Gregory Degabrielle, li kienu l-assistenti ta’ Scerri, mhumiex mistennija li jkomplu bl-avventura tagħhom ma’ Ħamrun.

Aqra aktar

Fontanella jibda perjodu ta’ prova fil-Malasja

Permezz tal-paġna tagħhom fuq facebook Floriana FC ħabbru li Mario Fontanella ħalla lill-klabb biex jibda perjodu ta’ prova ma’ tim fil-Malasja.

Fontanella ilu jilgħab għall-greens għal dawn l-aħħar tliet staġuni fejn bla dubju kien strumentali biex jintlaħqu tragwardi importanti fosthom ir-rebħ tal-FA Trophy matul l-istaġun 2016 / 2017 u s-Super Cup f’Diċembru li għadda.

Winston Muscat mhux se jibqa’ jmexxi lil Żebbuġ Rangers

ONE Sports jinsab infurmat li Winston Muscat mhux ser jibqa’ jmexxi lil Żebbuġ Rangers matul l-istaġun li ġej.

Muscat spiċċalu l-kuntratt mar-Rangers u jidher li l-intenzjoni tal-klabb kienet li jibqgħu jaħdmu ma’ Muscat iżda jidher li l-kowċ jixtieq avventura ġdida.

Żebbuġ, matul l-istaġun li għadda spiċċaw fir-raba’ post tal-klassifika b’total ta’ 47 punt.

San Ġiljan u Birżebbuġa jirbħu l-Kampjonati tax-Xitwa

It-tim ta’ San Ġiljan TUM Invest rebaħ il-Kampjonat tax-Xitwa tal-Waterpolo meta ilbieraħ fil-finali rebħu kontra Sirens Greentube 7 – 6.  Sirens rebħu l-ewwel sessjoni 2 -1 iżda tilfu t-tieni u t-tielet sessjoni 2 – 0 u 2 – 1 rispettivament.  It-tim minn San Pawl il-Baħar rebaħ l-aħħar sessjoni 3 – 2.

L-aħjar skorer għal San Ġiljan kien Matthew Zammit b’4 goals filwaqt li John Brownrigg kien l-aħjar skorer għal Sirens b’żewġ goals.Aqra aktar

Send this to a friend