ONE SPORTS – Page 2 – One News

ONE SPORTS

Inizjattivi biex l-impjegati jkunu aktar attivi

Bħala parti mill-Ġimgha Ewropeja tal-Isport, SportMalta li hija l-koodrinatriċi ta’ din l-inizjattiva tal-Unjoni Ewropeja f’pajjiżna, għalqet l-uffiċini u l-Kumplessi kollha tagħha bejn in-12:30 sa 13:30 sabiex il-ħaddiema jieħdu sehem f’mixja madwar il-Kottonera.

Aqra aktar

Charles Aquilina ċampjin tad-dinja tat-Table Football

Charlie Aquilina huwa iċ-ċampjin il-ġdid tad-dinja fil-kategorija veterana meta fil-Ġibilta fil-finali għeleb lil Sheen tal-Belġju 2-1.

Fil-gruppi rebaħ 3 logħbiet min tlieta u avvanza għall-aħħar 32. Huwa rebaħ lil Mendez ta’ Spanja 5-0 sabiex għadda għall-aħħar 16 fejn huwa rebah lil Field tal-Ġibilta 6-1.

Fil-kwarti tal finali rebaħ lil Dean tal -Ġibilta 2-1 u fis-semi finali rebah lit-Taljan  Calonico 3-2.

Ir-rebħa fil-finali waslet kontra Sheen tal-Belġju bil-punteġġ ta’ 2-1.

 

Il-Klabb ta’ San Ġiljan ASC jwieġeb

Il-Klabb ta’ San Giljan ASC wieġeb għal stqarrija konġunta maħruga minn-Exiles, Sliema, Neptunes u Sirens rispettivament.

Id-decizzjoni tal-Kummissarju tad-Dixxiplina hija dik li hi, u bħala klabb, San Ġiljan ASC irrispetta d-deċiżjoni tal- Kummissarju tad-Dixxiplina.

Fi stqarrija ntqal kif dawn il-klabbs qedg jitfgħu pressjoni fuq ir-referees għal-loghob li għad irid jiġi milgħub, u jikkundizzjonaw lil player u lil-klabb fl-aktar parti kruċjali ta’ dan l-istaġun.

L-istqarrija temmet tgħid li din l-pressjoni ma tista’ twassal għal ebda tibdil fid-deċiżjoni u għalhekk l-unika skop li jifdal huwa li ssir pressjoni fuq l-uffiċjali tal-logħba għall-aktar parti taħraq tal-kampjonat.

Kurt Cassar għall-kampjonat taljan A2 tal-Basketball

Il-plejer żagħżugħ Malti Kurt Cassar se jkun qed ikompli bil-karriera tiegħu fl-Italja hekk kif ingħaqad mal-klabb tal-kampjonat tas-Serie A2 Bakery Piacenza.

Cassar, li għad għandu 19-il sena, ilu għal dawn l-aħħar snin jilgħab fl-Italja l-ewwel fil-kampjonat tas-Serie C u f’dawn l-aħħar żewġ staġuni fil-kampjonat ats-Serie B. Issa se jkun qed jilgħab għall-ewwel darba fil-kampjonat A2.Aqra aktar