One News | One News - Part 9

One News

Notifiki

Dalwaqt jitħabbar il-pjan strateġiku għas-saħħa mentali 2020/2030

Fil-jiem li ġejjin mistenni jitħabbar il-Pjan Strateġiku għas-Saħħa Mentali 2020/2030 wara li fost affarijiet oħrajn ġew ikkunsidrati aktar minn 40 sottomissjoni li kien irċieva l-Ministeru għas-Saħħa b’riżultat ta’ konsultazzjoni pubblika li tnediet f’Diċembru tas-sena 2018 u li għalqet fl-aħħar ta’ Frar li għadda.

Aqra aktar

Ħamest ijiem ta’ ikel minn 20 pajjiż minn madwar id-dinja

Il-Festival Malti tal-Ikel Internazzjonali huwa ċelebrazzjoni kulinari tal-aqwa kċejjen minn madwar id-dinja. Opportunita’ sabiex wieħed jaqsam il-passjoni tiegħu għal ikel filwaqt li jduq l-ifjen platti minn għadd ta’ pajjiżi minn madwar id-Dinja.

Dan l-avveniment annwali din is-sena mistenni jkun akbar minn qatt qabel, f’dik li qiegħda titqies bħala waħda mill-akbar edizzjonijiet ta’ kull żmien. B’aktar minn 20 kċina minn pajjiżi differenti, madwar 80 kok Malti u barrani ser ikunu qegħdin jippreparaw madwar 200 platt differenti. L-aqwa opportunita’ għall-persuni fl-industrija kulinarja f’Malta sabiex jesebixxu, jsajru u jippromwovu ikel differenti f’atmosfera unika.

Aqra aktar

ARA: Il-Knisja ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid tibda l-proċess biex tingħata t-titlu ta’ Bażilika

Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna iddikjara li laqa’ t-talba tal-kappillan il-Kanonku Marc Andre Camilleri biex jingħata bidu tal-proċess biex il-Knisja ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid togħla għat-titlu ta’ Bażilika u sservi bħala Dar tal-Ħniena għan-nofs in-nhar ta’ Malta.

Ritratt: Marlon Galea

Filmati: Andrea Seychell

BIL-FILMAT: Gvern bi pjan għall-‘housing’

Il-Prim Ministru fuq ONE Radio tkellem ukoll dwar l-approvazzjoni tal-liġi tal-kera fi stadju tat-tieni qari u kif kienet frott ta’ konsultazzjoni wiesgħa. “Din ilna naħdmu fuqha ‘l fuq minn sena. Nazzarda ngħid sentejn,” qal Joseph Muscat li spjega kif kien hemm proċess sa minn qabel il-white paper u għad-diskussjoni ta’ wara.

Aqra aktar

42 xahar ħabs għax biegħ id-droga

Jean Pierre Mamo ġie kkundannat 42 xahar ħabs u mmultat €1,000 wara li kiser il-kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja u b’hekk qiegħed jitqies bħala riċediv. Apparti minn hekk, hu ġie akkużat u nstab ħati li kien fil-pussess tad-droga kokaina u raża tal-pjanta kannabis filwaqt li offra li jforni u jittraffikaha.

Il-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Joe Mifsud qalet li l-Qorti tifhem li l-imputat kien għaddej minn żmien diffiċli minħabba kwistjonijiet familjari iżda l-Qorti kienet diġà tagħtu ċans jirriforma ruħu meta f’każ preċendenti tagħtu sentenza ta’ libertà proviżorja minflok priġunerija.

L-akkużat kiser il-kundizzjonijiet ta’ din il-libertà għaliex ma kienx qiegħed jiffirma kuljum l-għassa u b’hekk il-Qorti kkonfiskat €6,000 depożitu u garanzija personali.

Għall-pussess u bejgħ ta’ sustanzi illeċiti l-Qorti kkundannat lil Mamo għal 24 xahar ħabs u €1,000 multa u għall-ksur ta’ kundizzjonijiet ingħata sentenza ta’ 18-il xahar.

B’hekk l-imputat ġie kkundannat għal ammont totali ta’ 42 xahar priġunerija. Il-Qorti ordnat lil Jean Pierre Mamo sabiex iħallas total ta’ €4,292.79 bħala spejjeż tal-Qorti apparti l-€1,000 multa.

Send this to a friend