One News | One News - Part 8

One News

Notifiki

Jiddaħħlu l-pjanti tal-bank tad-demm

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) issottomettiet proposti lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ faċilitajiet ġodda għas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, Bank tad-Demm, li fil-preżent huwa allokat fl-Isptar San Luqa. Il-proġett, stmat li jiswa madwar €12-il miljun, se jsir fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann u se jsir fil-viċinanzi tal-Isptar Mater Dei. Aqra aktar

Esportati minn Malta tunnellati ta’ skart elettroniku għar-riċiklaġġ


Minn Malta jiġu esportati tunnellati ta’ skart elettroniku li jiġu riċiklati f’faċilitajiet apposta lil hinn minn xtutna.

Ġieli din l-esportazzjoni tlaħħaq anki t-tliet mitt tunnellata li tinvolvi fridges, geysers, laptops, televisions, batteriji u affarijiet oħra li filli kienu xi aġġeġġ f’idejna u imbagħad spiċċaw skartati għax ma baqgħux jaħdmu.Aqra aktar

Azzopardi jgħaffiġha bis-salarji tas-Segretarji Parlamentari… qabbel sena ma’ nofs

Fi stqarrija tal-Gvern ta’ Malta kien spjegat kif rapporti mxandra fuq mezzi tax-xandir, li kienu wkoll riprodotti minn membri tal-Oppożizzjoni, dwar allegazzjonijiet ta’ żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett huma għal kollox foloz.

Fost id-Deputati Nazzjonalisti li qabblu salarji ta’ Segretarju Parlamentari tal-2018 ma’ tal-2017 kien hemm Jason Azzopardi. Li ma ndunax kien li s-salarju tal-2018 kien għal sena sħiħa, filwaqt li dak tal-2017 kien għal biss sitt xhur, bil-persuni li saret referenza għalihom daħlu fil-kariga f’Ġunju wara l-elezzjoni. Aqra aktar

Send this to a friend