One News – Page 7 – One News

One News

Notifiki

Malta tiffirma ftehim mal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’isem il-Gvern Malti ffirma ftehim
mal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa f’Copenhagen.

Il-ftehim jaħseb biex Malta tibbenifika minn pariri tekniċi fl-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali
għas-Saħħa Mentali. Fil-fatt l-istrateġija Maltija għas-saħħa mentali ġiet diskussa fit-tul.

Għall-Għaqda Dinjija għas-Saħħa ffirmat id-Deputat Direttur Ġenerali Dr Zuzanna Jakob.

Fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-Unjoni Ewropea trid tkun vuċi soda bi programm ambizzjuż– Miriam Dalli

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli se tkun New York bħala parti mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għas-Summit fuq l-Azzjoni dwar il-Klima

 

Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli talbet lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq pjan dwar il-klima li jkun ambizzjuż u b’miżuri finanzjarji biex issir it-tranżizzjoni meħtieġa.

 

“Irrid nisma’ vuċi Ewropea b’saħħitha li ma tibżax tippreżenta programm bi pjan ta’ azzjoni ambizzjuża. Jekk l-impenn tal-Unjoni Ewropea ikun dgħajjef huma l-komunitajiet, l-industriji, l-ekonomiji, iż-żgħażagħ u t-tfal tagħna li se jbatu,” qalet Miriam Dalli, Viċi-President tal-S&D, lill-Parlament Ewropew.

Aqra aktar

Ċiklisti Għawdxin jagħmlu suċċess

Numru ta’ ċiklisti membri tal-Gozo Cycling Club kellhom żjara ta’ korteżija mal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li ferħitilhom għas-suċċessi li kellhom matul dan l-istaġun meta spiċċaw champions nazzjonali fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. Aqra aktar

Send this to a friend