One News | One News - Part 6

One News

Notifiki

Il-Parlament japprova lil George Vella fit-2 ta’ April

L-iSpeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ħabbar il-programm taċ-ċerimonja li fiha it-Tabib George Vella se jinħatar uffiċjalment l-għaxar President tar-Repubblika ta’ Malta.

Iċ-ċerimonja se ssir il-Ħamis, 4 ta’ April u tibda b’quddiesa fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann. Dr Vella wara li jieħu l-ġurament, jagħmel id-diskors tal-okkazzjoni u mbagħad joħroġ fil-gallerija tal-Palazz biex isellem lill-poplu Malti.

Aqra aktar

Vawċers għal għajnuna psikoloġika lill-pazjenti li jbatu minn problemi fil-kliewi.

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ddedikat għall-mard tal-Kliewi, LifeCycle Foundation introduċew vawċers biex jitqassmu lill-pażjenti li jbatu minn problemi fil-kliewi għal għajnuna psikoloġika.

Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) u t-Taqsima tal-Kliewi bdew inizjattiva bl-isem R.U.S.H. – Renal Unit Support Health Hub. LifeCycle-R.U.S.H. qed toffri appoġġ psikoloġiku bla ħlas lill-pazjenti attwali li jbatu minn problemi fil-kliewi, kif ukoll kemm lill-pazjenti li jirċievu trapjant tal-kliewi u kif ukoll lid-donaturi tal-kliewi.

Aqra aktar

Dibattitu dwar 58 sena ta’ storja lejlet Jum il-Ħelsien

Dibattitu dwar wieħed mill-aktar perjodi kontroversjali fl-istorja politika kontemporanja Maltija (1956-2004) se jsir lejlet Jum il-Ħelsien bis-sehem tal-istoriċi Mark Camilleri, Henry Frendo u l-ex Prim Ministru Alfred Sant. Id-diskussjoni se tiffoka fuq il-proposta tal-Integration tal-Prim Ministru Dom Mintoff u tinvestiga kinitx preludju għas-sħubija ta’ Malta fl-UE, 58 sena wara.

Il-proposta ta’ Mintoff għal-Integration mal-Gran Brittannja, approvata f’Referendum fl-1956 b’maġġoranza ta’ 77% minn 59.1% ta’ dawk li ħarġu jivvotaw, qatt ma ġiet implimentata. Dan wassal għar-riżenja ta’ Mintoff mill-Gvern fl-1958, l-Indipendenza fl-1964, it-tluq tat-truppi Ingliżi u r-Royal Navy fl-1979 u d-dħul ta’ Malta fl-UE fl-2004.

Aqra aktar

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit tal-kostruzzjoni f’San Ġiljan

Raġel ta’ 63 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit tal-kostruzzjoni f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa meta r-raġel minn Ħal Safi waqa’ minn xi għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet ġo sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejjħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu flimkien ma’ ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar Mater Dei. Aktar tard ġie ċċertifikat li r-raġel qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward il-każ għadhom għaddejjin.

Aqra aktar

L-MPE Marlene Mizzi: l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tagħti leħen aktar qawwi liċ-ċittadini

F’votazzjoni kruċjali, il-Parlament Ewropew fi Strasburgu approva r-regolament li ġie revedut dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini (European Citizens’ Initiative – ECI). Il-mekkaniżmu huwa intenzjonat biex jagħti leħen lil bosta ċittadini, biex iniedu u jappoġġjaw inizjattivi u leġiżlazzjonijiet ġodda ħalli b’dan il-mod wieħed ikun qiegħed isaħħaħ il-parteċipazzjoni demokratika.

Aqra aktar

Ajruplani tal-għamla Boeing 737 MAX8 ma jitħallewx jinżlu jew jitilqu minn Malta

Ajruplan tat-tip Boeing 738 MAX8 instab itir fuq holding pattern fi spazju tal-ajru viċin il-Gżejjer Maltin wara li ġie revokat il-permess ta’ nżul fl-ajruporti kollha Ewropej, inkluż dak ta’ Malta.

Dan l-ajruplan tal-linja tal-ajru Smartwings kien sejjer lejn ajruport fi Praga iżda issa qed jistenna ajruport alternattiv barra mill-Ewropa.

Ir-restrizzjonijiet fl-Unjoni Ewropea daħlu fis-seħħ b’reazzjoni għat-tieni tiġrif fatali ta’ ajruplan tat-tip Boeing 738 MAX8. Jumejn ilu, ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Etjopja ġġarraf ftit minuti wara t-tluq tiegħu u kawża t’hekk kull min kien abbord l-ajruplan tilef ħajtu. Ftit tax-xhur ilu, ajruplan ieħor tal-istess tip kkraxxja u wkoll qatel lil kul min kien abbord. Kawża t’hekk numru ta’ ajruporti, linji tal-ajru u ġurisdizzjonijiet irtiraw il-permessi ta’ tluq u nżul ta dawn it-tip ta’ ajruplani sakemm il-kumpanija Boeing tagħmel evalwazzjoni tas-sistemi kollha abbord dan l-ajruplan.

Brexit reġa sfiduċjat

Il-ftehim rivedut tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May għal Brexit ġie sfiduċjat illejla fil-Parlament.

B’distakk ta’ mija u disgħa u erbgħin vot, il-ftehim għal Brexit reġa’ ma ġiex approvat.

Filfatt kien hemm tliet mija, wieħed u disgħin vot kontra l-ftehim ta’ Brexit filwaqt li mitejn, tnejn u erbgħin membru parlamentari vvota favurih.

Wara dan ir-riżultat, il-Prim Ministru Ingliż indirizzat il-House of Commons u sostniet li għada se jkun hemm dibattitu dwar jekk ir-Renju Unit jixtieqx iħalli l-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

Hija sostniet li ddispjaċiha li l-membri parlamentari Ingliżi m’aċċettawx il-ftehim tagħha għal Brexit.

Sadanittant il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn saħaq li dan il-vot jikkonferma l-bżonn ta’ elezzjoni ġenerali fir-Renju Unit.

Huwa saħaq li lest jaħdem mal-Gvern Ingliż sabiex jiġi negozjat ftehim ġdid għal Brexit.

Send this to a friend