One News | One News - Part 5

One News

Notifiki

“Il-Maltin ma jridux firda” – il-Prim Ministru

Il-familji Maltin u Għawdxin ma jridux min jiżra’ l-mibegħda. “Ma jridux min jisimgħu jħaddar familja kontra oħra,” iddikjara l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, li tenna l-impenn tiegħu li din tkun kampanja li ma tnissilx il-firda.

Quddiem miġemgħa li nġabret biex tisma’ l-messaġġ tiegħu fiż-Żurrieq irrefera għall-fatt li wara l-elezzjonijiet l-oppożizzjoni tgħid li ħaden din l-elezzjoni, imbagħad qabel kull elezzjoni jerġgħu jaqgħu għaliha.

“Jekk lill-poplu se jibqgħu jservuh l-istess riċetta l-istess riżultat se jibqa’ jkollhom,” qal il-Prim Ministru li tenna kif min ikun dahru mal-ħajt, l-uniku mod kif jista’ jinġabar huwa jekk iniżżel lilna f’dak il-livell.Aqra aktar

Il-maltempata kkawżat b’€25 Miljun fi ħsarat – se jibda l-proċess biex bdiewa u raħħala jingħataw l-għajnuna

Fil-ġranet li ġejjin il-Gvern ser ikun qed jibda l-proċess sabiex bdiewa u raħħala li sofrew danni ta’ natura strutturali waqt il-maltempata qalila li seħħet fi Frar 2019 u rreġistraw mad-dipartiment tal-agrikoltura, jingħataw l-għajnuna relatata. Dan wara li l-maltempata ta’ Frar li għaddiet ikkawżat €25 miljun fi ħsarat. Aqra aktar

Jibda jingħata taħriġ lill-għalliema dwar l-impatt tal-Vjolenza Domestika fuq it-tfal

Għalliema tas-Soċjoloġija ngħataw taħriġ dwar l-impatt tal-Vjolenza Domestika fuq it-tfal.

Dan it-taħriġ ingħata minn żewġ membri tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika Dr Clarissa Sammut Scerri u l-Psikoterapista Amanda Grech. It-taħriġ kien parti mis-sessjonijiet ta’ taħriġ għall-għalliema magħruf bħala COPE li sa ftit taż-żmien ilu kien jissejjaħ in-service training.Aqra aktar

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta b’kollaborazzjoni mal-Malta Fashion Week fuq serje ta’ sfilati tal-moda

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA)  li taqa’ fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali bħala parti mil-legat tal-proġett ta’ Valletta 2018 – Kapitali Ewropea tal-Kultura, qed tkompli l-kollaborazzjoni mal-Malta Fashion Week (MFW) fuq tmien sfilati tal-moda internazzjonali u attivitajiet ta’ networking.

Dawn l-elementi tal-MFW se jiffurmaw parti mill-programm kulturali tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) u se joħolqu opportunitajiet biex l-artisti u d-disinjaturi lokali emerġenti li għadhom kemm jibdew fil-qasam tal-moda, ikunu jistgħu jiltaqgħu, jibnu l-kuntatti u jaqsmu l-ideat ma’ disinjaturi ta’ fama internazzjonali li toħloq possibbiltajiet għal kollaborazzjonijiet fil-futur kif ukoll isaħħaħ l-element tal-bini tal-kapaċità fl-MFW u fl-iżvilupp professjonali ta’ persuni kreattivi lokali.Aqra aktar

Jitnieda għal sena oħra l-Animal Welfare Fund b’valur ta’ €85,000

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri nieda għal sena oħra l-Animal Welfare Fund, fond li welled dan il-Gvern u li kompla jibni fuqu matul din il-leġiżlatura. Is-Segretarju Parlamentari Camilleri qal li sa mis-sena l-oħra l-fond allokat żdied minn €65,000 għal €85,000 u dan għaliex il-Gvern fehem li l-bżonnijiet dejjem jikbru. Is-Segretaju Parlamentari stqarr li mill-fond tas-sena l-oħra kienu 13-il għaqda li ħadu s-somma li qabżet it-€80,000 u dan f’materjali u servizzi li kienu ta’ għajnuna biex dawn l-istess għaqdiet isostnu x-xogħol tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend