One News | One News - Part 3

One News

Notifiki

Is-siġġu ta’ Stellini joħloq inkwiet ġdid

Fil-Partit Nazzjonalista nibtet ġlieda ġdida. Dik ta’ min se jieħu post is-siġġu tad-deputat Għawdxi David Stellini.

Kollox jindika li wara l-elezzjoni tas-Sibt li ġej David Stellini se jibda jaħseb biex imur lura fi Brussell fejn kien jaħdem sa qabel l-2017.Aqra aktar

“Iġbor dak il-vot u agħti risposta bih” – Josianne Cutajar

Inqas minn ġimgħa mill-vot tal-25 ta’ Mejju, Dr Josianne Cutajar għamlet appell imqanqal lil dawk kollha li għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot tagħhom.

Il-kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament f’isem il-Partit Laburista ħeġġet lil min għadu indeċiż jekk jivvutax biex imur jiġbor il-vot, u s-Sibt li ġej jagħti risposta bih.

“Għandna ċ-ċans li niddeċiedu aħna l-futur tagħna, tal-familja tagħna u ta’ pajjiżna. Ma nħallu lil ħadd jagħżel għalina,” qalet Cutajar.Aqra aktar

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident fil-Mellieħa

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-10:15 fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Birżebbuġa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u nqaleb.

Aqra aktar

Send this to a friend