One News – Page 2901 – One News

One News

Michel Platini rriżenja mill-UEFA

Il-President tal-UEFA Michel Platini se jirriżenja mill-kariga tiegħu wara li tilef l-appell li kellu b’rabta ma’ irregolaritajiet fil-FIFA.

B’rabta ma’ dawn l-irregolaritajiet li kienu jinkludu pagamenti li ma kellux jieħu li jlaħqu ż-żewġ miljun dollaru Platini kien weħel sitt snin sospensjoni mill-futbol u l-qorti sportiva niżlet dan għal erba’ snin.

Aqra aktar

Xufier sospiż wara inċident b’tal-linja

Xufier ta’ karozza tal-linja ġie sospiż sakemm isiru l-investigazzjonijiet interni minn Malta Public Transport, wara li karozza tal-linja kienet involuta f’inċident f’Birzebbugia.

Minkejja l-ħsara konsiderevoli li saret, ħadd ma weġġa fl-inċident.

Aqra aktar

14 arrestati fuq droga

Erbatax-il persuna kienu arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti mir-Rapid Intervention Unit, fil-jiem li għaddew wara li nstabu fil-pussess ta’ dawk li huma maħsuba li huma eroina, kokaina, ecstasy u kannabis.

Is-suspettati, kollha rġiel, għandhom bejn it-tmintax u l-erbgħin sena u kienu arrestati waqt sensiela ta’ tfittxijiet f’numru ta’ lokalitajiet, fosthom Saint Andrew’s, Paceville, Ħal Tarxien u ż-Żejtun, kif ukoll Għajnsielem, ix-Xewkija u s-Sannat.

Aqra aktar

Attenti minn telefonati foloz taparsi tal-Microsoft

Matul dawn l-aħħar ġranet, jidher illi kien hemm żieda fl-ammont ta’ telefonati lil persuni privati minn individwi li kienu qed jintroduċu ruħhom li qed iċemplu f’isem il-kumpanija Microsoft.

F’dawn it-telefonati, dawn l-individwi li mhumiex minn Microsoft, qed jgħidu lin-nies li l-kompjuters tagħhom huma vulnerabbli u li jista’ jkun għandhom xi virus u qed joffru li jibgħatulhom email b’link biex b’hekk jiksbu aċċess għall-kompjuter tal-persuna. Imbagħad jirrakkomandaw lill-persuna biex tixtri anti-virus software sabiex issewwi l-problema u jitolbuhom id-dettalji tal-Credit Card.

Aqra aktar

“Jum l-Ewropa? Illum?”

Illum Jum l-Ewropa – jum li jimmarka l-anniversarju tad-dikjarazzjoni Schuman.

F’diskorsi f’Pariġi fl-1950, il-Franċiż Robert Schuman li dak iż-żmien kien Ministru tal-Affarijiet Barranin, ikkomunika l-ħolma tiegħu għall-koperazzjoni politika fost pajjiżi Ewropej.

Għaqda li għamlet il-gwerra bejn nazzjonijiet Ewropa ħaġa tal-passat.

L-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Malta llum wassal il-messaġġ tal-jum permezz ta’ dan il-filmat.

Aqra aktar

Liquorish: Andrea llejla tiżvela l-akbar sigriet…

Fil-programm tal-lejla, apparti l-avventura iebsa li l-parteċipanti qed jgħaddu minnha, Andrea Cassar se tkun qed tiżvela l-akbar sigriet li ilha titkellem dwaru tul dawn l-aħħar ġimgħat.  S’issa ħadd mill-parteċipanti ma kellu idea li se jkun hemm sorpriża, u għalhekk wisq anqas jimmaġinaw x’se tkun din is-sorpriża.

Aqra aktar

Gidbet dwar il-kanċer u issa taffaċja l-konsegwenzi

Blogger Awstraljana li b’mod qarrieqi qalet li għandha kanċer qed taffaċċja azzjoni legali. Belle Gibson saret famuża fl-Awstralja wara li qalet li rnexxielha tiġġieled il-kanċer permezz ta’ soluzzjonijiet naturali, minflok mediċina.

Hija kienet il-moħħ wara app ta’ suċċess u ktieb tar-riċetti, iżda ftit wara kellha tammetti li l-istorja li għandha kanċer f’moħħha hija kollha gidba.

Aqra aktar

Tsipras jiddefendi

Il-Prim Ministru Alexis Tsipras iddefenda bidliet fil-pensjonijiet u riformi fit-taxxa li kienu approvati mill-Parlament Grieg.

Il-miżuri kontroversjali jemmen li huma neċessarji bħala parti minn riforma biex il-pajjiż jingħata aktar għajnuna finanzjarja, liema għajnuna għandha tiġi diskussa waqt laqgħa bejn il-Ministri tal-Finanzi illum.

Aqra aktar

Plejers tan-nazzjonal għall-Qorti

Fil-jiem li ġejjin mistennija jitressqu l-qorti żewġ plejers tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena b’rabta mal-logħba kontra l-Montenegro.

Logħba li dwarha diġa’ ammetta akkużi ta’ tixħim Seyble Zammit u li ġibdet l-attenzjoni tal-MFA u l-pulizija wara li kien hemm rapport minn kumpanija internazzjonali li tanalizza l-imħatri għall-assoċjazzjoni Maltija.

Kif irrapporta ONE NEWS fl-aħħar ġimgħat Seyble Zammit kien il-kuntatt bejn l-imħuħ wara l-manuvra biex ikun miftiehem ir-riżultat u l-plejers. Bil-pulizija tiffoka l-investigazzjoni tagħhha fuq ċertu Ronni Mackay li mal-ġustizzja diġa’ huwa magħruf minħabba każi oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend