One News – Page 2847 – One News

One News

Notifiki

Tieġ Malti fiż-Żurrieq

Nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju 2016, fis-07:00 ta’ filgħaxija, fil-pjazza ta’ Bubaqra fiż-Żurrieq, se jsir re-enactment li juri żwieġ tipiku Malti tal-passat.

Dak iż-żmien it-tħejjija għaż-żwieġ kienet differenti ferm. Meta xebba kienet tkun lesta għaż-żwieġ, kienet titpoġġa qasrija tal-ħabaq ġot-tieqa tad-dar tagħha. Jekk ġuvni żagħżugħ kien ikollu xi intenzjoni li jiżżewweġ lil din ix-xbejba, kien iqabbad ħuttab sabiex jiftiehem mal-ġenituri tat-tfajla.

Aqra aktar

Inċident Fatali fil-Mosta

Raġel ta’ 50 sena imwieled l-Awstralja u residenti l-Mosta kien għadu kif intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Il-vettura kienet qed tinstaq direzzjoni mill-Imġarr lejn iċ-ċentru tal-Mosta.
Team mediku mill-Isptar Mater Dei kien fuq il-post sabiex jassisti lill-vittma għall-ġrieħi serji li sofra. Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat li tilef ħajtu minn tabib li kien għaddej mill-post fejn seħħ l-inċident.

Aqra aktar

Ġlieda kbira f’Moska – imutu f’ċimiterju

Mill-inqas żewġ persuni mietu waqt ġlieda kbira li nqalgħet f’ċimiterju f’Moska.

Il-ġlieda kienet bejn mill-inqas mitejn ruh u seħħet f’ċimiterju bl-isem Khovanskoye. Għadu mhux mgħaruf x’wassal għall-ġlieda u ċertu rapporti qed jgħidu li dawk mejta huma uffiċjali tal-Pulizija.

Aqra aktar

Ira ta’ qabel l-aħħar waħda

Ira Losco tinsab preparata biex illejla tagħti l-aqwa verżjoni ta’ Walk on Water, li biha Malta qed taspira li tirbaħ il-Eurovision Song Contest. Dan hu dak li kitbet fuq Facebook qabel l-aħħar prova.

Aqra aktar

Magna tal-pressa taqbadlu jdejh

 

Għall-ħabta tal- 05:30 ta’ dalgħodu raġel ta’ 32 sena residenti l-Fgura kien qed jaħdem fuq magna tal-pressa u din qabditlu jdejh.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Aqra aktar

Drama f’Ħaż-Żebbuġ: raġel midrub

Illum għall-ħabta tad-08:45 seħħ argument fi Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ.

Żewġt irġiel, li huma ġirien, ġew fl-idejn wara li qam argument bejniethom.  Jidher li wieħed mill-irġiel li għandu 65 sena sofra xi ġrieħi u kif ra hekk ibnu ta’ 31 sena li kien ġewwa ħareġ barra b’ħadida f’idu.

Sussegwentement ir-raġel l-ieħor li għandu 51 sena u li kien involut fl-argument daħal fir-residenza tiegħu u allegatament reġa’ ħareġ barra b’arma tan-nar ippuntatha lejhom.

Aqra aktar

Ġenji żgħar fil-matematika!

Studenti Maltin jibbrillaw fil-matematika! Minkejja kompetizzjoni kbira fost eluf ta’ tfal madwar id-dinja, marru tajjeb ferm fis-SuperTmatik Mental Maths Championship.

Dan huwa kampjonat internazzjonali li jsir kull sena fost studenti ta’ bejn sitt snin u l-15-il sena. Kull student ipparteċipa f’kategorija waħda minn disgħa, skont l-abilità tiegħu jew tagħha.

Aqra aktar

Il-post fejn l-adulti u t-tfal jibdlu l-irwol

Issa li jonqos inqas minn xahar għall-bidu tal-EURO 2016 beda jiżdied il-paniku ta’ dawk li forsi waqgħu ftit f’lura fil-kollezzjoni tal-album tal-istickers tal-Panini. Għalhekk għexieren inġabru l-Belt quddiem Anastasi biex bħal ma’ jiġri kull sentejn, darba għat-Tazza tad-Dinja u darba għall-kompetizzjoni tal-Ewropa, wieħed jipprova jsib dak li ma sax fil-pakkett.

Aqra aktar

Jikkampjaw quddiem Kastilja

Grupp ta’ persuni, li qed isejħu lilhom infushom bħala Kamp Emerġenza Ambjent, inġabru quddiem il-Berġa ta’ Kastilja biex jipprotestaw fuq l-ambjent. Minn tagħrif li ksibna minn fuq il-post, dan il-grupp għandu l-ħsieb li jqatta’ l-lejl hemmhekk.

Send this to a friend