One News – Page 2843 – One News

One News

Notifiki

Fil-ġimgħa li gideb isostni li jgħid il-verità

Fl-istess ġimgħa li nqabad jigdeb dwar l-iskandlu ta’ Mario Demarco, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li hu jgħid il-verità.

Kien din il-ġimgħa li Simon Busuttil gideb meta qal li Mario Demarco ppublika l-irċevuti kollha b’rabta max-xogħol li ħa meta kien ministru minn persuna li isimha hu fil-Panama Papers. Ftit wara li ħarġu l-Panama Papers, Demarco ħallas lill-kuntrattur wara sitt snin.

Aqra aktar

L-Għaqda tan-Nar Santa Marija toħroġ rebbieħa

Il-ħmistax-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tan-Nar intemmet b’mod spettakolari l-bieraħ filgħaxija, bil-Port il-Kbir fl-isfond.
L-Għaqda tan-Nar Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq ħarġet rebbieħa din is-sena. Għaqda li ilha mwaqqfa snin twal, tant li hu maħsub li twieldet xi snin wara li ġie mwaqqaf il-każin fl-1873.
Fit-tieni post ġiet l-Għaqda tan-Nar 23 t’April ta’ Ħal Qormi, li din is-sena qed tiċċelebra id-disgħin sena mit-twaqqif tagħha.
Warajhom ġew kompetituri Daniżi bl-isem Hojen and Magic Fyrvaerkeri Aps.
Fi stqarrija l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal huwa impressjonat ħafna bl-istandard tal-festival, li jsir ukoll bħala parti mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u jgħin biex iġib turisti f’pajjiżna f’xhur li mhumiex l-eqqel tas-Sajf.
Fil-festival jipparteċipaw għaqdiet Maltin, Għawdxin u barranin. Infatti l-ispettaklu fil-Port il-Kbir kien organizzat mill-grupp Taljan Pyroemotions u r-rebbieħa tas-sena li għaddiet, l-Għaqda tan-Nar Lourdes tal-Qrendi.

Ritratt ta’ Jeremy Wonnacott – DOI

Ira Losco tħalli Malta għall-Eurovision

Ira Losco se tħalli Malta għal Stokkolma biex tirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision. Minn għada jibdew l-ewwel provi ġenerali għall-ewwel pajjiżi li se jikkompetu fl-ewwel semifinali tat-Tlieta 10 ta’ Mejju.

Losco, flimkien mat-tim tagħha, se jkollha l-ewwel impenn tagħha fi prova ġenerali nhar it-Tlieta li ġej. Filfatt Malta se tkun qed tagħlaq is-serata tal-ewwel semifinali.

Aqra aktar

It-tieni La Vallette Open Dance Festival

Il-Malta National Dance Council bħalissa qed ittella’ t-tieni La Valletta Open Dance Festival, fil-padiljun tal-isport f’Tal-Qroqq.

Din hija kompetizzjoni ta’ żfin ta’ kull livell. Minbarra l-konkorrenti Maltin, hemm ukoll tliet skejjel Taljani li qed jikkompetu.

Aqra aktar

Splużjoni fit-Turkija … tmut persuna u jindarbu tlettax oħra

Fit-Turkija, splużjoni ta’ karozza bomba ħdejn għassa tal-Pulizija fil-belt ta’ Gaziantep, li tinsab fin-nofsinhar tal-pajjiż, ħalliet minn tal-inqas persuna mejta u tlettax-il persuna midruba, inkluż disa’ pulizija.

Fl-aħħar xhur żdiedet l-instabilità fit-Turkija hekk kif dan il-pajjiż qed jintlaqat mill-vjolenza mdemmija li ħakmet il-pajjiż ġar tagħha, is-Sirja.

CNN Turk irrappurtat li l-isplużjoni nstemgħet minn diversi kilometri ’l bogħod.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Send this to a friend