One News – Page 2751 – One News

One News

Notifiki

Timmaġinawkom telgħin vulkan attiv?

Din il-ġimgħa l-10 avventurużi, se jkunu qed jibdew jitilgħu vulkan li l-aħħar li żbroffa kien f’Settembru 2014.  Dan il-vulkan bl-isem Mayon huwa attrazzjoni prinċipali fil-Filippini minħabba il-forma perfetta li għandu.

Il-parteċipanti jridu jasslu sa l-aktar punt għoli li n-nies jistgħu jitilgħu.  Dan għaliex, meta kien seħħ l-aħħar żbroff, toroq li jwasslu sal-quċċata ġew meqruda.  Parti kbira mid-diffikultà, apparti s-sħana kbira, hija dik li l-parteċipanti iridu jwasslu magħhom lil Natius; mistieden fl-avventura ta’ din is-sena u li sfortunatament iħossu ma jiflaħx.

Aqra aktar

L-FAM b’ċentru li janalizza s-sigurtà tal-pajjiż

Dalgħodu ġie inawgurat Ċentru ta’ Informazzjoni u titjib fis-sistema ta’ microwave link network fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’Ħal Luqa. Dan l-investiment, li kien kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, laħħaq it-€2.5 miljun u mistenni jikkontribwixxi biex tiġi analizzata b’mod aħjar is-sigurtà tal-pajjiż.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm uffiċjali għolja tal-Forzi Armati, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.

23 persuna arrestati fuq droga

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, fil-jiem li għaddew, wasslet għall-arrest ta’ 23 mara u raġel li l-età tagħhom tvarja bejn is-17 u l-45 sena.

Dawn il-persuni, li huma ta’ nazzjonalitajiet differenti qegħdin jiġu investigati fuq akkużi relatati ma’ pussess sempliċi, pussess aggravat u traffikar ta’ sustanzi illegali li jinkludu ecstasy, kokaina, il-ħaxixa u r-raża mill-pjanta tal-kannabis.

Aqra aktar

Bil-Filmat: Jinqabad jitfa’ lill-anzjana fl-art

Każ ieħor ta’ ħtif ta’ deheb minn fuq anzjana. Din id-darba kien imiss anzjana ta’ 81 sena minn Ħal Qormi, li kienet qed tistenna tal-linja fi Triq San Bastjan, kantuniera ma’ Santu Rokku. Dan seħħ għal ħabta tal-17:40.

Raġel aktarx huwa barrani. Huwa avviċina lill-anzjana u serqilha ġiżrana li kellha fuqha. Wara, ħarab jiġri. L-anzjana ma sofrietx ġrieħi imma ma jistax jonqos li sofriet xokk kbir.

Aqra aktar

MAĦTUF attakkant tal-Olympiakos

Serqu lil Alan Pulido, plejer internazzjonali Messikan.

Pulido għandu 25 sena u kien maħtuf fit-toroq ta’ Ciudad Victoria, il-kapitali tar-reġjun Tamaulipas. Pulido huwa striker u jilgħab għat-tim Grieg Olympiakos, minbarra li lagħab kemm-il darba mat-tim nazzjonali Messikan.

Aqra aktar

ITALJA – SKOZJA – grawnd b’udjenza numeruża

Grawnd b’udjenza numeruża fi tħejjija għall-Euro 2016. Logħba bejn l-Italja u l-Iskozja, li rat lit-Taljani rebbieħa 1-0, grazzi għal goal ta’ Graziano Pelle.

F’Ta’ Qali attendew ħafna partitarji Maltin li jżommu mal-Italja u li ħadu l-okkażjoni biex jitilgħu jaraw il-logħba  ta’ ħbiberija.

Il-bidu tal-logħba donnu kien indikattiv ta’ x’se jiġri, hekk kif fl-ewwel minuti t-Taljani kienu qrib li jiskorjaw.

 

Aqra aktar

L-ewwel dar tal-anzjani tal-Gvern f’Għawdex

Beda ix-xogħol fuq l-ewwel dar tal-anzjani tal-Gvern li se jkollha Għawdex.

F’Għajnsielem infatti qed issir ħidma f’dar mifruxa fuq erba’ sulari li se tkun attrezzata b’dak kollu meħtieġ mill-anzjani. Fi żjara fuq il-post stajna innotajna li diġa’ beda x-xogħol fuq il-parti fejn se jkun hemm il-parkeġġ u r-ristorant.

Aqra aktar

SIGURTÀ MASSIMA: 1000 Skoċċiż lesti jiddevertu f’Malta

F’Malta hawn madwar 1,000 Skoċċiż.

Dawn ġew Malta għal logħba bejn l-Italja u l-Skozja li se tintlagħab illejla f’Ta’ Qali. Tant kien hemm entużjażmu li saħansitra l-Gvern tagħhom ħareġ travel advice. Ħafna minnhom qed joqogħdu f’lukandi viċin Paceville u huwa mistenni li llejla jinżlu hemm biex jiddevertu.

Aqra aktar

Send this to a friend