One News – Page 2746 – One News

One News

Notifiki

Malta protagonista kontra s-swat bħala kastig

Konferenza globali dwar l-abolizzjoni tal-kastig bis-swat se ssir f’Malta fl-2018.

Fi tmiem konferenza ta’ jumejn fi Vjenna bl-isem “Towards Childhoods Free from Corporal Punishment” il-Ministru Awstrijakk għall-Familja u ż-Żgħażagħ Sophie Karmasin ħabbret li l-konferenza globali li jmiss se ssir taħt l-awspiċi tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.

Aqra aktar

Pruvaw ixaħħmu disa’ plejers

Allegatament żewġ plejers tat-tim nazzjonli tal-futbol ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena kienu interessati li jixxaħmu biex ikun irranġat l-iskor ta’ logħba kompetitiva li t-tim lagħab kontra l-Montenegro.

Aqra aktar

Ħamruniż mixli li fera lil Benjamin

Ħamruniż ta’ sitta u tlettin sena inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li pprova joqtol jew ipoġġi ħajjet il-ġarr tiegħu fil-periklu.

Justin Joe Mula ġie mixli li fera lil Jesmond Schembri magħruf bħala tal-Benjamin, l-Erbgħa li għadda, fis-sagħtejn u kwart ta’ wara nofsinhar fi Triq Dun Frans Camilleri, fil-Ħamrun.

Aqra aktar

Ħabs għal Messi?

Lionel Messi, il-footballer tal-Arġentina u Barċellona, mistenni jixhed f’Qorti Spanjola dwar frodi.

Messi u missieru Jorge, li jieħodlu ħsieb l-affarijiet finanzjarji, jinsabu akkużati li frodaw lill-awtoritajiet Spanjoli aktar minn €4 miljun bejn l-2007 u l-2009.

Aqra aktar

Iktar investiment li qed jagħmel minn Għawdex mutur ekonomiku

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona, żaru sensiela ta’ fabbriki li komplew jespandu l-operat tagħhom fil-kumpless industrijali fix-Xewkija.

Fost il-fabbriki li daru kien hemm Merit Precision Tools Ltd, Pamargan Products Ltd, SG Woodworks, Cefai Woodworks u FX Borg Furnitures Ltd u Magro Foods.  Dawn il-kumpaniji li lkoll għandhom storja u portafol differenti, kollha għażlu li jkabbru l-operat f’Għawdex fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija u joħolqu aktar opportunitajiet ta’ impjiegi.

Aqra aktar

Sejba ta’ saba’ partikolari fil-Mellieħa

Ir-restawr tal-pittura fuq il-ħajt ta’ Sidtna Marija fis-Santwarju tal-Mellieħa wasal biex jitlesta. Il-pittura tal-Madonna u t-Tarbija ġiet skoperta fl-1972 mir-restawratur Samuel Bugeja taħt pittura oħra.

Il-proġett kofinanzjat mill-Bank of Valletta, beda f’Novembru 2012 u sar f’kollaborazzjoni maċ-ċentru nazzjonali tar-riċerka ta’ Firenze.

Aqra aktar

Websites, opri u dgħajjes – ħidma bejn studenti Maltin u Olandiżi

L-MCAST u l-Fondazzjoni Valletta 2018 ħabbru kollaborazzjoni importanti ma’ Leeuwarden, il-belt li flimkien mal-Belt Valletta se tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, u enfasizzaw il-proġetti proposti li se jsiru ma’ żewġ kulleġġi fir-reġjun, jiġifieri, il-Friesland College u Roc Friese Poort.

 

Dawn l-aħħar ġimgħat, diversi letturi u studenti minn Friesland College ġew Malta u, bħalissa, ħames studenti Olandiżi qegħdin jikkollaboraw ma’ studenti tal-MCAST f’Malta fuq web portal li jservi ta’ pont bejn in-nies taż-żewġ pajjiżi. Il-portal connect2018.org se jiġi mniedi fl-aħħar ta’ Lulju.

Studenti tal-MCAST se jaħdmu ma’ studenti minn żewġ kulleġġi, Friesland College u Roc Friese POORT, fuq diversi proġetti.  Dawn huma wħud biss uħud minnhom.

Aqra aktar

Send this to a friend