One News – Page 27 – One News

One News

Notifiki

Budget imfassal fuq il-prijoritajiet u li qed jipprepara lil Malta għall-futur

Il-Budget għas-sena d-dieħla jinkludi numru rekord ta’ 370 miżura. Foshtom miżuri favur ix-xogħol bħal dik li se żżid ġurnata oħra leave għall-ħaddiema u rata speċjali ta’ taxxa ta’ 15% fuq is-sahra.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-baġit, il-Ministru għal Finanzi Edward Scicluna qal li n-nefqa tal-Gvern ta’ aktar minn ħamest elef u tlett mitt miljun ewro se tissarraf fi twettiq ta’ miżuri li se jkompli jtejbu l-kwalità tal-ħajja.

Il-Ministru Scicluna stqarr: “Wara li rajna li dawk il-miżuri li jgħinnu li jagħmlu x-xogħol attraenti, making work pay, il-leave li tajna iż-żieda tal-cola u l-qtugħ tat-taxxa,  mill-ewwel morna għall-benefiċċji soċjali jew inkella benefiċċji li qed nagħtu lill-familji li għadna il-fuq minn  30 miżura kollha li jolqtu xi settur jew ieħor f’dawk li huma il-bżonnijiet tal-ħajja ta’ dawn is-soċjal.”

Il-Professur Scicluna qal li din is-sena l-Gvern ta importanza lill-pensjonijiet fejn 92,000 pensjonanti qegħdin igawdu minn żieda qawwija fid-dħul tal-pensjoni tagħhom u fl-istess waqt qed jgħin lil dawk il-koppji li għandhom pensjoni waħda.

Is-Segretarju PermanentI Ewlieni, Mario Cutajar qal r-rekord ta’ miżuri fil-baġit bħat-tnaqqis tal-plastik li jintuża darba biss għall-proġetti ta’ affarorestazzjoni u investiment bla precedent fil-qasam edukattiv hija riflessjoni ta’ Gvern li għadu għatxan għall-bidla.

Is-Sur Cutajar stqarr: “Din is-sena għall-ewwel darba qed nabbinaw nieħdu l-budget kull miżura tal-budget inqiegħduha fil-kuntest skont il-miri tal-ġnus magħquda.”

Il-Kap taċ-Ċivil qal Ii minn mija u tnejn u sittin pajjiż, Malta tinsab fit-28 post fil-prestazzjoni tagħha marbuta mal-miri għall-iżvilupp sostenibbli u sostna li pajjiżna se jkompli jaħdem biex jitla’ aktar il-fuq fil-klassifika.

Il-MEUSAC jiddiskuti l-proposta ta’ investiment ta’ €100 biljun mill-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-perjodu 2021-2027

Waqt li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet bejn l-istati membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar kif għandu jitqassam il-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin wara l-2020, il-membri tal-Core Group tal-MEUSAC illum iddiskutew il-proposta għall-programm il-ġdid ta’ fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni, ‘Horizon Europe’. Aqra aktar

Flok apoloġizzaw li ħallew lis-South abbandunat, l-Oppożizzjoni ħarġet b’fake news dwar l-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar f’Malta

Aktar minn 451,000 vettura ffrankaw li jeħlu fit-traffic lights tal-Addolorata billi għaddew minn fuq il-flyovers ġodda tal-Marsa Junction Project minn meta nfetħu f’Settembru. Dawk li jivvjaġġaw f’din ir-rotta ta’ kuljum iffrankaw bejniethom 11,275 siegħa fit-traffiku.

Aqra aktar

Kollaborazzjoni strateġika ta’ taħriġ bejn l-MCCAA u l-Università ta’ Malta

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) b’kollaborazjoni strateġika mal-Università ta’ Malta ppreżentaw inizjattiva ta’ taħriġ. L-inizjattiva hija mmirata lejn mexxejja kurrenti u futuri, bil-għan li jissaħħaħ l-iżvilupp tal-parteċipanti u jiffaċilita djalogu bejn studenti, professjonisti u esperti. Aqra aktar

Send this to a friend