One News – Page 2698 – One News

One News

Notifiki

Vażun, stupid cow, fażola minfuħa, jaqq

Ikun hemm min jinġabar f’dik li jrid isejħilha protesta nazzjonali biex jgħajjar lil ġurnalisti tal-ONE kemm jiflaħ. Kliem li mhux ta’ min jirrepetih hawn.  Ikun hemm min imbagħad jattendi ċelebrazzjoni ta’ nhar l-ewwel ta’ Mejju – jum dedikat għall-ħaddiem, mingħajr ma jdejjaq lil ħadd.

Umbad ikun hemm min iħossu komdu jgħajjar lil ħaddieħor b’dan il-mod.

Aqra aktar

L-ewwel birthday: sena ta’ ħidma mill-Parlament il-ġdid

Bħal llum 4 ta’ Mejju ta’ sena ilu, bdiet issir ħidma minn ġewwa l-Parlament il-ġdid. Dan huwa fatt li l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia innota meta laqa’ 150 student mill-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary fil-Parlament.

 

L-Ispeaker spjega aspetti importanti fil-Kostituzzjoni u l-ħarsien tad-demokrazija f’Malta.

Aqra aktar

Opportunita’ għal Busuttil biex jgħid x’passi se jieħu dwar Demarco

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li llum, fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex jgħid x’passi se jkun qed jieħu fil-konfront tal-Viċi Kap tiegħu Mario Demarco.

Il-Ministru sfida lil Busuttil biex jipproduċi d-dokumenti b’rabta ma’ xogħlijiet li saru fil-proprjeta’ tal-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco u li ma ħallasx għalih għal aktar minn sitt snin.

Il-Ministru Zammit Lewis fakkar kif f’kummenti li ta lil media, Demarco giddeb lil Busuttil għax filwaqt li dan tal-aħħar qal li l-Viċi Kap tiegħu ppubblika d-dokumenti, l-istess Demarco qal ma’ One News li l-irċevuti ma kienx għadu ppubblikahom.

Aqra aktar

Carsten Pillath f’laqgħa ma’ Ian Borg… jiddiskutu l-Presidenza f’Malta

Is-Segretarju Paralamentari Ian Borg iltaqa’ mad-Direttur Ġenerali għall-Affarjiet Ekonomiċi u l-Kompetittivita’ tal-Kunsill tas-Segretarjat Carsten Pillath.

Is-Segretarju Parlamentari qal li ż-żjara ta’ Carsten Pillath saret fi żmien meta l-preparamenti ta’ Malta għall-Presidenza għaddejjin ġmielhom u jinsabu fuq quddiem tal-aġenda tal-Gvern.

Borg qal li żjarat bħal dawn jistgħu jkunu ta’ opportunita’ biex wieħed jakkwista tagħrif dwar il-ħidma tal-Kunsill. Matul il-laqgħa kienet diskussa l-kompetittivita’ tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Skejjel ta’ kull tip magħquda fl-isports

Għall-ewwel darba qed isir il-Malta School Sports Festival, li jġib flimkien parteċipanti mill-iskejjel sekondarji tal-istat, flimkien mal-iskejjel tal-Knisja u anke privati.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Żgħażagħ u Sport Chris Agius attenda l-ftuħ uffiċjali fil-Matthew Micallef St John track fil-Marsa.

Aqra aktar

Luca Toni ser jirtira

Il-goal scorer prolifiku eksBayern Munich u Fiorentina ħabbar li ser ikun qed jirtira. Dan wara li Luca Toni kienu ilu jilgħab f’livell professjonali għal dawn l-aħħar 22 sena.

Aqra aktar

Mur l-Imdina u sib ikel minn kull rokna tad-dinja

Il-Malta International Food Festival jirritorna fl-Imdina għal sena oħra ta’ ċelebrazzjoni gastronomika minn l-aqwa esperjenzi kulinarji minn madwar id-dinja.

Din l-attivita’ gastronomika tiġbed l-attenzjoni ta’ eluf li ta’ kull sena jattendu sabiex iduqu l-ikel minn 15-il kċina differenti.

Aqra aktar

It-tkabbir rekord tal-MIA jinkoraġġixxi pjanijiet ta’ investiment fl-2016

Fl-2015, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għamel profit nett ta’ €19.3 miljun, li żdied mis-€16.8 miljun irreġistrati għas-sena ta’ qabel. Dan it-tkabbir jinkoraġġixxi lill-Grupp sabiex jibda jimplimenta l-pjan ta’ investiment ambizzjuż tiegħu.

Ir-riżultati ddettaljati tal-Grupp, ippreżentati waqt l-24 Laqgħa Annwali Ġenerali tiegħu, juru li dan it-tkabbir irriżulta minn prestazzjoni pożittiva tas-segmenti tal-avjazzjoni u tal-proprjetà u l-bejgħ tal-kumpanija.

Aqra aktar

Send this to a friend