One News – Page 2673 – One News

One News

Notifiki

Terremot jinħass f’partijiet differenti ta’ Sqallija

Għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu seħħ terremot ta’ qawwa 4 fuq l-iskala Richter, ’il barra minn Siracusa fi Sqallija. L-Aġenzija Ansa qalet li minkejja li ma kien hemm l-ebda rapport ta’ nies midruba jew ħsarat. Ma hemm l-ebda rapport li pajjiżna kien affettwat minn dan ir-rapport.

F’New York: Persuna maqtula f’sparatura

Raġel ta’ 33 sena nqatel u żewġ persuni oħra ndarbu wara numru ta’ sparaturi f’kunċert tal-kantant T.I, f’New York.

L-attakk seħħ għall-ħabta tal-10p.m. ħin ta’ New York fl-Irving Plaza, sit ewlieni għall-ispettaklu mużikali. Iż-żewġ vittmi l-oħra huma raġel ta’ 34 sena u tfajla ta’ 26 sena. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa. S’issa għadu ma ġie arrestat ħadd b’konnessjoni ma’ dan l-inċident.

Din il-ġimgħa ħassejt uġigħ?

F’survey tal-Kummissjoni Ewropea instab li f’Malta, wieħed minn kull ħamsa ħassew xi uġigħ fil-ġimgħa.

100 miljun ċittadin Ewropew isofru minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Dan jikkawża madwar 50% tal-assenza minn fuq il-post tax-xogħol għal tlett ijiem jew aktar.

Jikkawża wkoll 60% ta’ inkapaċitajiet permanenti. Huwa stmat li l-ispejjeż diretti u indiretti tal-mard fl-għadam u l-muskoli jlaħħaq il-€240 biljun fis-sena jew 2% tal-GDP fl-Unjoni Ewropea kollha.

Dan kollu osservaħ fi stqarrija l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant.

Aqra aktar

Methode Electronics b’investiment ta’ madwar €6 miljun

B’investiment ta’ bejn €5 u €6 miljun, Methode Electronics se tkompli tinvesti f’pajjiżna, biex ittejjeb u tiddiversifika l-prodott u l-kompetittività tagħha. 

Investiment, li kif innota l-Prim Ministru Joseph Muscat, se jħares l-ewwel nett lejn is-settur ta’ Printed Circuit Boards.

Investiment li se jġib il-bżonn ta’ kwalità ta’ xogħol għolja, b’faċilitajiet speċjalizzati. B’hekk il-kumpanija tkompli tgħaddi minn dak imsejjaħ low value added, għal high value added.

Aqra aktar

Il-Gvern se jappella s-sentenza… jikkummenta l-Prim Ministru

Fi stqarrija l-Gvern qal li ħa nota tas-sentenza mogħtija llum mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili dwar in-numru ta’ siġġijiet li għandha jkollha l-Oppożizzjoni wara r-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali li saret taħt amministrazzjoni preċedenti. Fi stqarrija ntqal li “ll-Gvern ma jaqbilx ma’ din is-sentenza, anke għal raġunijiet kostituzzjonali, u għalhekk se jkun qed jappella.” Aqra aktar

Deċiżjoni favur il-PN fil-kawża tas-siġġijiet

F’deċiżjoni kkomunikata dalgħodu, il-Qorti ordnat biex il-Partit Nazzjonalista jingħata żewġ siġġijiet parlamentari oħra. Skont is-sentenza tal-Qorti, li għad tista’ tkun appellata, ifisser li l-Kummissjoni Elettorali trid tiddikkjara żewġ kandidati tal-PN eletti.

Aqra aktar

Send this to a friend