One News – Page 2672 – One News

One News

Notifiki

Wara li nkixfu bi żball fil-bażilika tal-Isla…

Skulturi fil-ġebel inkixfu b’kumbinazzjoni f’Jannar li għadda, waqt xogħol volontarju li kien qed isir fil-bażilika tal-Isla.

Il-parti li nkixfet hija parti minn dak li kien baqa’ mill-Knisja, peress li din kienet iġġarrfet fi żmien il-Gwerra. Aktarx li pilastri oħrajn li jinsabu fuq l-istess naħa tal-knisja u għandhom skultura simili, għadhom mgħottija.

Fil-ġranet li ġejjin se jinbeda xogħol ta’ restawr biex dawn l-skulturi jinkixfu kollha u jiġu kkonservati bħala parti mill-patrimonju nazzjonali.

Aqra aktar

“Iddaħluniex f’kontroversji politiċi” – il-Unjin tal-Għalliema

Il-Unjin tal-Għalliema Maltin (MUT) ġabet fix-xejn rapport fis-Sunday Times li tefa’ f’dell ikrah ir-rilokazzjoni tal-ITS. Fi stqarrija ċċarat li waqt laqgħa li saret bejn il-unjin u l-ITS, ġew diskussi l-proposti għal ftehim kollettiv ġdid, u mhux ir-rikolazzjoni tal-ITS.

Fi stqarrija l-union ċċarat li kien hemm persuna waħda biss li semmiet ir-rilokazzjoni u kien spjegat lilha li dan mhux suġġett reltat ma’ ħidmet trade unjin, iżda prerogattiva tal-Gvern, li huwa s-sid tal-art.

Aqra aktar

Id-De De jikkonferma dak li ilu jintqal

Norman Darmanin Demajo kkonferma dak li fil-kurituri tal-futbol Malti ilu jintqal; li se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni għall-President tal-Malta Football Association. Darmanin Demajo ħabbar dan fil-kunsill ġenerali tal-MFA.

Aqra aktar

Din libsa, jew nuqqas ta’ libsa?

Il-libsa ta’ Bella Hadid spiċċat suġġett ta’ diskussjoni anke hawn Malta. Il-mudella ta’ 19-il sena libset din il-libsa ħamra waqt il-Cannes Film Festival, u jidher li l-għan tagħha ntlaħaq.

Tant li anke fuq social media hawn Malta xi ħadd tella’ d-domanda: “x’taħsbu dwar din il-libsa?”

Aqra aktar

‘First Aid’ fis-saħħa mentali

Skont studju li sar ftit taż-żmien ilu mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fi sħubija mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jirriżulta li f’Malta hawn kważi nofs il-Maltin u l-Għawdxin li mhumiex infurmati biżejjed dwar is-saħħa mentali għaldaqstant jeħtieg li jkun hawn aktar għarfien dwar dan is-suġġett.

Aqra aktar

Joe Saliba jitlef libell kontra Miriam Dalli u Alfred Sant

L-eks Segretaru Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Joe Saliba, ma rnexxilux iġibha żewġ f’kawża ta’ libell li kien fetaħ kontra l-ekseditur ta’ ONE, Miriam Dalli u l-eksMexxej tal-Partit Laburista, Alfred Sant.

Joe Saliba ħassu malafamat b’rapporti marbuta maż-żmien li kien żvelat kif kien imur fuq il-jott man-negozjant Żaren Vassallo. F’kawża li matulha xehed li ilu ħabib ta’ Żaren Vassallo bosta snin, fl-istess ħin li kellu jammetti li hu kien fuq il-bord ta’ aġudikazzjoni għal min kellu jibni d-Dar Ċentrali u Żaren Vassallo kien wieħed minn dawk magħżula. Għal rapportaġġ dwar dan ħarrek lil Dalli, filwaqt li lil Sant ħarku għaliex il-Partit Laburista kien ħareġ stqarrija fuq is-suġġett.

Aqra aktar

Qtates kważi maħruqa, imma f’par idejn sodi

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivli jagħmlu minn kollox. Forsi l-ikbar sodisfazzjon tkun meta jsalvaw ħajjet in-nies.

Iżda ftit tal-ġimgħat ilu rajna xena verament mhux tas-soltu, meta isalvaw numru ta’ qtates li kienu f’binja li ħadet in-nar fil-Floriana.

Aqra aktar

Is-solidarjetà mhix ‘a la carte’ – Joseph Muscat

Ir-reġjuni qrib pajjiżna ilhom mifnija bi kriżijiet u Malta kommessa li tkompli tippromwovi sforzi kollettivi fejn tidħol il-migrazzjoni. L-ammont ta’ nies li qed jitilfu ħajjithom fi triqthom lejn ħajja aħjar għandu jfakkar lill-komunità internazzjonali fil-bżonn li tiġi ndirizzata l-kawża tal-problema.

Aqra aktar

Send this to a friend