One News – Page 2671 – One News

One News

Notifiki

Tal-linja b’differenza!

Fiċ-Ċina jitnieda ‘Transit Elevated Bus’ (TEB) mudell innovattiv ta’ transport pubbliku. Din l-invenzjoni Ċiniża tippreżenta struttura fejn il-passiġġieri jitpoġġew bilqiegħda f’kompartament li jgħaddi minn fuq vetturi oħra. Dan it-tip ta’ il-mudell għandu l-għan li jitulizza aħjar it-triq.

Fi kliem id-disinjaturi, it-TEB għandu potenjzali li jġorr 1,200 passiġġier f’daqqa. L-ispejjeż ta’ din l-infrastruttura mistennija jlaħħqu l-20% tal-ispejjeż involuti biex tinbena subway. Il-proġett pilota mistenni jibda f’nofs din is-sena.Aqra aktar

Żewġ Libjani mfittxija b’rabta ma’ qtil ta’ Kolumbjan

Zyad Mohammed Drebeka u Ahmed Rasem Franko, żewġ persuni ta’ nazzjonalità Libjana ta’ 23 u 29 sena rispettivament, qegħdin jiġu mfittxija mill-Pulizija b’konnessjoni mal-mewt ta’ Kolumbjan wara argument li seħħ nhar il-Ħamis, 19 ta’ Mejju, f’stabbiliment f’Paceville.

Kull mingħandu tagħrif jista’ jikkuntattja l-Pulizija fuq 119/21224001 jew 22942435.

Galoppin ta’ Simon ħati mill-ġdid

Carmel Mangion, magħruf bħala ż-Żubina, ngħata sentenza ta’ erba’ xhur priġunerija flikien ma’ multa ta’ €5,000.

L-istess Żubina  kien fost dawk fil-folla li dawwret lil Simon Busuttil quddiem il-Qorti meta ġurnalisti tagħna sfaw imsawta. Huwa wkoll bniedem li fl-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista jidher jieħu ritratti u saħansitra jintlaqa’ bil-kbir mill-membri tal-grupp parlamentari.

Iż-Żubina kien akkużat li sellef b’mod illegali lil ċartu Marvin Mckay u li hedded li se juża l-vjolenza kontrih, jew inkella kontra l-propjetà tiegħu.

Aqra aktar

Aġġornat: Żewġ karozzi tal-linja u taksi involuti f’inċident tat-traffiku

12.45: F’dan il-każ weġġgħu erba’ persuni – xufier ta’ karozza tal-linja ta’ 68 sena mill-Imsida u tliet passiġġiera nisa; Koreana ta’ 34 sena, u żewġ Amerikani ta’ 59 u 60 sena.

It-taksi kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 25 sena minn Ħaż-Żabbar u l-karozza tal-linja l-oħra kienet misjuqa minn Taljan ta’ 43 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija, il-Malta Public Transport qalet li qed tikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet.

Aktar qabel: Fi Triq it-Torri tas-Sliema seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi tal-linja u taksi. Infurmati li ttieħdu żewġ persuni l-isptar. It-triq tinsab magħluqa u l-Pulizija qed tiddevvja t-traffiku.

Aktar dettalji kif jaslulna.

‘Standing Ovation’ għal Malti waqt ‘Britain’s Got Talent’

Apparti l-erba’ ġurija tal-program l-udjenza wkoll arfet it-talent tal-Malti Norbert Bondin waqt l-audition tiegħu fil-programm famuż Britain’s Got Talent. Huwa kien qed jinterpreta d-diska ‘Say Something’.

Għalkemm deher eċitat ħafna fil-bidu hekk kif bdew l-ewwel noti, huwa nesa kollox u daħal f’muża lirika li ħalliet lill-ġurija b’ħalqhom miftuħa.

Aqra aktar

Poznanski jattakka psikologa u gwardjan

Kajetan Poznanski, żagħżugħ Pollakk li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ għalliema żagħżugħa u ġie arrestat ftit tal-ġimgħat wara f’Malta fi Frar li għadda, attakka psikologu u lill-gwardjan li pprova jwaqqfu.

L-inċident seħħ ilbieraħ waqt test mediku li kien ordant fis-27 ta’ Frar li għadda mill-Qorti ta’ Warsaw-Mokotow.

Aqra aktar

Malta u l-Islovakkja b’ftehim ta’ koperazzjoni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u l-Fondi Ewropej Ian Borg u s-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Slovakka Ivan Korčok iffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni hekk kif iż-żewġ pajjiżi qegħdin iħejju għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea rispettiva tagħhom.
Aqra aktar

476 Malti setgħu evitaw il-mewt

Mewt minn kull tlieta madwar l-Unjoni Ewropea setgħet tkun evitata fid-dawl ta’ teknoloġiji mediċi ġodda.

Skont l-Eurostat, 476 mewt hawn Malta matul l-2013 kellha l-potenzjal li tkun evitata – jiġifieri 42% mill-imwiet kollha. Dan il-kunċett huwa bbażat fuq l-idea li ċertu mwiet jiġi pospost bl-applikazzjoni ta’ servizz ta’ saħħa bbażat fuq l-aħħar għarfien.  L-ikbar kaġun ta’ mwiet madwar l-Ewropa huwa marbut ma’ mard tal-qalb.

Aqra aktar

Qabel għeb, ma darx u ma bidilx id-direzzjoni

L-ajruplan tal-EgyptAir li ġġarraf fil-Baħar Mediterran, qabel għeb, ma darx u ma bidilx id-direzzjoni.

Nhar il-Ħamis, il-Ministru tad-Difiża Grieg qal li l-ajruplan dar dawra sħiħa qabel waqa’, iżda uffiċjal Eġizzjan tal-avjazzjoni qed jgħid li ma kien hemm l-ebda moviment mhux tas-soltu.

Aqra aktar

Defibrillator għad-Dar tal-Providenza

Il-President tal-Kunsilli Lokali tar-Reġjun Nofisnhar, Jesmond Aquilina, ippreżenta  A.E.D. – Defibrillator lid-Dar tal-Providenza. Dan jittrasmetti doża terapewtika ta’ kurrent elettriku lill-qalb f’kundizzjonijiet serji li jaffettwaw ir-ritmu tagħha.

Aqra aktar

Send this to a friend