One News – Page 2670 – One News

One News

Notifiki

“Għamilt argument pwerili. Għamilt froġa kbira” – Muscat lil Busuttil

Il-Prim Ministru Joseph Muscat xejjen il-kritika li għamel waranofsinhar il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-emendi li ressaq il-Gvern għall-Istanding Orders u għall-Mozzjoni ta’ Proċedura.

Muscat qal li dan huwa gvern li wera flessibbilità u ilu jitkellem sa mill-2014. Qal li ż-żewġ naħat waslu biex ftehmu fuq ħafna affrijiet iżda fakkar li din mhix l-ewwel darba li qed jiġu aġġornati l-Istanding Orders f’din il-leġiżlatura.

Fosthom semma kif Ministru li dwar il-ministeru tiegħu tkun qed issir investigazzjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-kontijiet Pubbliċi, dal-Ministru ma jkunx jista’ jkun membru ta’ dak il-Kumitat.

Aqra aktar

Merħba fqira għaċ-champions tar-rugby

Wara li ġew inkurunati champions tar-Rugby Europe Sevens, Men’s Conference 2, ftit ilu waslu lura f’pajjiżna t-Tim Nazzjonali tar-Rugby. Flimkien magħhom waslu wkoll it-tim tan-nisa li wkoll kisbu riżultati tajbin li ma kienux qed jistennew.

Minkejja dawn is-suċċessi u l-appelli li saru aktar kmieni, il-merħba għaż-żewġ timijiet kienet waħda fqira.Aqra aktar

Professur ieħor jesponi realtà ipokrita dwar il-morning after pill

• Jikkonferma li jintużaw alternattivi
 
• Għandu problema bil-coil

Fil-Parlament kompla jinstema’ mill-esperti kif diġà jkunu preskritti mediċini li għandhom l-istess effett ta’ kontraċettiv ta’ emerġenza, jew f’kelma oħra l-morning after pill.

Il-Professur Pierre Mallia, meqjus bħala espert fl-etika, qal li hu għandu problema morali bil-‘coil’ li huwa kontraċettiv għal mara li f’pajjiżna jintuża regolarment. Mistoqsi jekk għandux problema bil-Morning After Pill fisser li jekk il-mara tmur għandu kmieni, qabel ikun hemm l-ovulazzjoni, ikun lesti li joffriha.Aqra aktar

“Ksur qawwi ta’ drittijiet fundamentali”

Il-Gvern Tork qed iżomm iktar minn 10,000 persuna taħt arrest b’ rabta mal-attentat kolp ta’ stat, f’kundizzjonijiet li skont Amnesty International imorru kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Għaldaqstant l-organizazzjoni qed titlob biex osservaturi indipendenti jitħallew jidħlu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, kemm dawk uffiċjali u anka dawk mhux uffiċjali.Aqra aktar

Jinsterqu pissidi bl-ostji minn kunvent fil-Belt

Ilbieraħ insteraq pissidi bl-ewkaristija ikkonsagrata mill-Kunvent tal-Franġiskani fil-Belt. Mhux eskluż li dawk li l-ostji se jkunu qed jintużaw waqt riti sataniċi jew li nsterqu bil-għan li jinbiegħu biex jintużaw waqt dik li tissejjaħ “il-quddiesa s-sewda” meta l-qamar ikunu kwinta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Dak l-imbierek Parker! X’inhuma r-regoli?

  • Transport Malta ilha mill-2008 ma toħroġ liċenzja għal parkers ġodda
  • 53 car park attendant li jattendu 30 sit
  • Mill bidu tas-sena 29 rapport ta’ fittaġni fir-rigward ta’ ħlas

Transport Malta bħalissa qed tistenna l-eżitu ta’ investigazzjoni wara li parking attendant allegatament ġie fl-idejn ma’ Ingliż ta’ 59 sena f’Buġibba. Sakemm dan isir, ir-raġel kien sospiż. Iżda, xi tgergira dwar parker ma smajnijiex darba u tnejn.

Janice Bartolo tkellmet ma’ Vince Micallef Pule’ dwar is-sitwazzjoni. Fisser kif il-liċenzja tiġġedded darba fis-sena, u l-uniku kriterju biex din tiġġedded hija kondotta nadifa. Micallef Pule’ qal li l-pubbliku mhux obbligat li jagħti tips lill-attendant. U l-attendant mhux imħallas, la minn Transport Malta u la minn ħadd.

Aqra aktar

Il-Kurja tfittex post għal ‘Dar il-Ħniena’

Il-Kurja se tibda l-ħidma meħtieġa biex jiġi identifikat post għal ‘Dar il-Ħniena’ – residenza ġdida li toffri servizzi aġġornati ta’ kura paljattiva għal persuni b’mard terminali.

Il-ħsieb hu li dan is-servizz jiġi offrut minn Fondazzjoni rreġistrata b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li jaħdmu f’dan il-qasam. L-Arċisqof qal li din id-Dar ser tkun risposta konkreta li l-Knisja f’Malta ser toffri għal min qiegħed jibża’ mill-mewt bla dinjità minħabba t-tbatija li jġib miegħu l-mard terminali.

L-Arċisqof din id-deċiżjoni tiegħu waqt quddiesa fil-kappella tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. It-twaqqif ta’ ‘Dar il-Ħniena’ se ssir wara 50 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza.

It-tmiem ta’ era – int għandek wieħed?

Min jaf kemm hemm memorji fuq videocassettes madwar id-dinja. Memorji ta’ magħmudijiet, praċettijiet, tiġijiet, festini, okkażjonijiet, jew tal-ħajja normali kif kienet dari.

L-aħħar videocassette recorder (magħruf aħjar bħala VCR) fil-Ġappun se jkun ħareġ sal-aħħar tax-xahar, skont ġurnal Ġappuniż. Il-kumpanija Funai Electric ilha tagħmel dawn l-għodod teknoloġiċi għal dawn l-aħħar 33 sena. Dan l-aħħar kienet qed tagħhmilhom għad-ditta Ċiniża Sanyo.Aqra aktar

Send this to a friend