One News – Page 2669 – One News

One News

Notifiki

Ġawhra storika fiċ-ċentru ta’ Ħal Qormi

Il-Knisja ta’ San Franġisk, fiċ-ċentru ta’ Ħal Qormi, reġgħet qed issebbaħ il-pjazza li ġġib isem l-istess qaddis. Dan wara li sar xogħol importanti ta’ restawr ikkordinat mill-Kunsilli Lokali b’fondi miksuba mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Aqra aktar

400 post tax-xogħol ġdid

Proġetti ġodda b’rabta mal-Life Sciences Park mistennija joħolqu impjiegi għal madwar 400 persuna. Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal dan meta żar il-Park f’San Ġwann.

Stqarr li l-Malta Life Sciences Park qed ikompli jiġbed l-attenzjoni ta’ diversi investituri li jaħdmu fil-qasam tax-xjenza u l-innovazzjoni, filwaqt li  investituri potenzjali ġodda qed ikunu miġbuda lejn pajjiżna.

Aqra aktar

Telfilha ikla Maltija

Biex jgħidilha li l-mozzjoni li daħlet ma kinitx ammissibbli, uffiċjal tal-ispeaker tal-Parlament tellef ikla Maltija lid-Deputat Marlene Farrugia, li jidher li hija patrijotta f’dak li tnaqqar ukoll.

Aqra aktar

Ftehim dwar il-Ġreċja wara lejl twil

F’dak li kien deskritt bħala ftehim maġġuri wara lejl twil ta’ negozjati, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona Ewro qablu li jestendu l-għajnuna lill-Greċja b’iktar self. Il-ftehim intlaħaq ftit tas-sigħat ilu wara lejl ieħor ta’ taħdidiet fi Brussell bir-riżultat aħħari jkun self ta’ €10.3 biljuni.

Aqra aktar

Wara n-nirien

Wara numru ta’ sigħat li matulhom ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wettqu ħidma kbira biex ikkontrollaw nirien kbar li ħakmu nirien f’fabbrika f’Bulebel dak li jidher f’dawn ir-ritratti tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili juri l-effett ta’ kemm jaf ikun kiefer in-nirien.

nirien2 nirien3

Tgħaddi ġimgħa u jibqa’ ma jirrispondix SMS

B’referenza għall-ħtieġa ta’ pairing għad-Deputat Prim Ministru Louis Grech, li bħalissa jinsab assenti mix-xogħol Parlamentari minħabba raġuniijiet ta’ saħħa, il-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia qal li qatt ma sema’ xejn mingħand il-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius.

Filwaqt li Agius talab lis-Sejda biex jiġi investigat rappurtaġġ li deher fuq il-media, li fi kliemu  allega li l-Oppożizzjoni ma riedx jagħmel pairing għad-Deputat Prim Ministru, il-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia kien pront iqum iwieġeb li Agius ma kienx wieġeb dwar din il-materja minkejja li għaddiet ġimgħa.

Simon iċapċap lil Marlene

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, deher iċapċap lid-deputat indipendenti meta fil-Parlament, Marlene Farrugia, qamet titkellem biex tgħid li Moody’s mhux kredibbli.

Aqra aktar

Send this to a friend