One News – Page 2668 – One News

One News

Notifiki

L-EREDIKAZZJONI TAL-FAQAR: Tema ewlenija għal Jum iż-Żgħażagħ

 “The Road to 2030: Eradicating Poverty and Achieving Sustainable Production and Consumption” hija t-tema ghall-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ 2016.

Ġurnata li se tkun iċċelebrata mad-dinja kollha nhar il-Ġimgħa 12 t’Awwissu, iżda li f’pajjiżna diġà bdew l-attivijiet b’rabta mal-istess jum.

Filfatt l-Aġenzija Żgħażagħ f’pajjiżna organizzat attività dalgħodu f’Santa Venera bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza dwar din l-istess tema.Aqra aktar

Il-prezz tal-prosperità, il-Eurovision u l-Olimpjadi

Nazzjonijiet li jgawdu l-prosperità – u jidher li Malta, għalkemm dejjem fiċ-ċokon tagħha, tidher dieħla sew f’din il-kategorija – ma jistgħux ma jsirux multikulturali. U jekk issir multikulturali – jiġifieri s-soċjetà ma tibqax biss magħmula minn Maltin Insara iżda magħha jiżdiedu l-barranin ta’ diversi razzez u twemmin (jidher li fostna hawn 6.4 fil-mija barranin) – ifisser li hemm riskju tkunx tista’ tibqa’ ssib dak li jgħaqqad l-abitanti. Qiesu hawn qed jingħad li biex ikollok prosperità trid tħallas prezz. Anzi l-istoriku ekonomista Amerikan Todd G. Buchholz (fil-ktieb riċenti tiegħu The Price of Prosperity) jaħseb li nazzjonijiet għanja jista’ jkollhom sogru akbar minn oħrajn, li wara ċertu żmien, jissograw li jmorru ħażin. Huwa jsostni li nazzjonijiet kbar u għanja jistgħu jesperjenzaw i) nuqqas ta’ wild ii) kummerċ globalizzat iii) żjieda fid-dejn iv) tnaqqir tal-etika tax-xogħol u v) għajbien tal-patrijottiżmu.

Aqra aktar

Inti x’taħseb? Nixtiequ nkunu nafu

one.com.mt qed joffri opportunità oħra biex il-qarrejja jaqsmu l-opinjoni tagħhom. Permezz ta’ sezzjoni fl-aħħar nett tal-paġna ewlenija, wieħed jista’ jgħid kif jaħsibha. Fid-dawl li l-ġimgħa li għaddiet il-bini għoli iddomina l-aħbarijiet, qed nistaqsu dwaru permezz ta’ din id-domanda:

Screen Shot 2016-08-08 at 09.55.27

Sib din il-parti fil-home page – dan huwa biss ritratt

Aqra aktar

L-MUMN tipprotesta għan-nuqqas ta’ health carers

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qiegħda tipprotesta għan-nuqqas ta’ riżorsi umani biex jiġu allokati health carers ma’ pazjenti li jkollhom bżonn constant watch minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħithom.

Fi stqarrija, l-MUMN spjegat li dan it-trattament jiġi ordnat mit-tobba tal-pazjenti wara li jkunu invistaw u analizzaw il-ħtiġijiet tal-istess pazjenti. Meta l-management ma jipprovdix biżżejjed health carers ikun ifisser li ser ikun hemm numru sostanzjali ta’ pazjenti li mhux ser jirċievu ttrattament ordnat mit-tobba stess. Dan it-ttrattament ikun ordnat kemm mal-ġurnata kif ukoll matul il-lejl. Matul il-lejl is-sitwazzjoni tkun ħafna agħar peress li l-infermiera u l-qwiebel jinżel bin-nofs filwaqt li dawk il-persuni nkarigati mis-swali, dak il-ħin ma jkunux xogħol.Aqra aktar

Japprova l-piena kapitali jekk isib l-appoġġ

Waqt dimostrazzjoni f’Istanbul, il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan qal li huwa japprova r-ritorn tal-piena kapitali jekk tkun appoġġjata mill-Parlament u mill-pubbliku. Huwa qal dan meta kien qed jitkellem quddiem madwar miljun persuna li nġabru għad-dimostrazzjoni wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat ix-xahar li għadda.Aqra aktar

MEWTA MAKABRA: rasu milquta minn ferrovija

Raġel tilef ħajtu meta xxabbatt minn tieqa ta’ ferrovija u kien milqut minn ferrovija oħra fl-Ingilterra.

Il-każ seħħ abbord ferrovija ta’ Gatwick Express, fl-istazzjon Wandsworth, u l-passiġġier kien iddikjarat mejjet fuq il-post.

Kienet xena kerha ħafna meta uffiċjali ġarrew il-ġisem, imgeżwer f’liżar abjad, jittieħed lejn ambulanza. F’attentat biex forsi jsalva, ittieħdet saħansitra ambulanza bl-ajru, iżda kien kollu għalxejn.

Minkejja l-makabrità tal-inċident, il-Pulizjia qed teskludi li seta’ kien xi ħaġa oħra ħlief inċident.

Aqra aktar

Sajmin ta’ Alice

Kif dejjem ngħid, il-kwiet inħobbu wisq! U hekk kont, fil-kwiet u relax. Għax anki aħna kellna l-buzz words tagħna fi zmienna. Relax. Illum għandhom tagħhom hux, chillax u brow u x’naf jien. Anki meta konna mmorru Paceville, konna nafu nieħdu gost. Tiġini f’moħħi dik il-kanzunetta, ma nafx x’jisimha propja, tal-grupp Smokie. Niftakar li f’ħin minnhom waqt id-diska, id-DJ kien ibaxxi s-sound u ħalli d-dancefloor kollha tgħajjat: “Alice, Alice, who the fakk is-Alice”. Konna mqarbin ukoll.

Jien u nikteb bdew ġejjin il-memorji u tbissimt kemm kemm. Intfajt naqra lura fis-siġġu w tfajt il-pali t’idi wara rasi, biex nagħti ħarsa lejn dak li kont għadni kif ktibt. Tajjeb.

F’daqqa waħda, ir-relax kollu li kont fih ittieħed mingħandi b’ħoss li dewa mad-dar kollha. Ding dong! Ding dong, ding dong! U l-aħbeċ! Aktar ma kont ridt ftit ħin fil-kwiet biex nibgħat din lil Janice tal-Wan! U min il-marelli ġie? Mela dan ħin, wara l-ikla tal-Ħadd jew? U x’għaġġla! Ding dong, ding dong!

Aqra aktar

Jilħaq pilota ta’ 19-il sena

Fl-isfond tar-runway tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta iltqajna ma’ Dejan Zerafa, Malti ta’ tnejn u għoxrin sena li ilu għal dawn l-aħħar sentejn itajjar l-ajruplani. Mhux tal-mudelli, iżda b’ passiġġieri madwar l-Ewropa u l-Afrika ta’ fuq. 

Jekk qed tipprova taħdem kemm kellu żmien meta laħaq, mintix qed tagħmel żball, Dejan sar pilota ta’ dsatax-il sena- wieħed mill-iżgħar li qatt kien hawn f’pajjiżna. Aqra aktar

Li tmexxi villaġġ żgħir bl-isem ‘Kordin’

Hemm iktar minn 550 ruħ il-ħabs, għalhekk id-direttur Paul Debattista jsejjaħlu “villaġġ żgħir”.

Hemm minn kollox: nutara, avukati, qassis, nies inqas imlaħħqa, u membri mill-istess familja.  Mistoqsi jsemmi waħda mill-aktar affarijiet li ttih xogħol, oħroġ il-għaġeb semma l-ikel, għaliex kien hemm nuqqasijiet kbar fl-infrastuttura tal-kċina, u l-istandard tal-iġene.

Problemi oħra smajna bihom – bħad-droga. Hemm ħafna modi kif id-droga tista’ tispiċċa wara l-ħitan tal-ħabs għall-konsum tal-priġunieri.
Aqra aktar

#POGBACK

Manchester United ikkonfermaw li l-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Juventus, Paul Pogba, ingħata l-permess biex jagħmel l-eżami mediku biex jiġi ffinalizzat it-trasferiment mingħand Juventus għal Old Trafford.

Din l-aħbar tfisser pass eqreb lejn l-akbar trasferiment ta’ dan is-sajf bil-United mistennija jħallsu s-somma ta’ €117-il miljun.

Sky Sports qiegħda tirrapporta li t-test mediku mistenni jsir l-ewwel xogħol għada f’AON Training Complex, filgħodu u mistenni jieħu ftit tal-jiem.  Filwaqt li Pogba kien fuq btala fl-Istati Uniti, l-aġent tiegħu, Mino Raiola ipprova jinnegozja t-trasferiment tal-plejer Franċiż.

Aqra aktar

Send this to a friend