One News – Page 2667 – One News

One News

Notifiki

Il-Malta Air Traffic Services tirdoppja l-profitt

Il-Malta Air Traffic Services irnexxilha tirdoppja l-profitt tagħha fl-2013 u kompliet fit-triq pożittiva li qabdet matul dawn l-aħħar tliet snin, fejn baqgħet tirreġistra profitt. Dan ħareġ waqt laqgħa ġenerali annwali tal-Malta Air Traffic Services (MATS) fejn ġew diskussi diversi temi marbuta mal-immaniġjar tat-traffiku tal-ajru u tal-operat tal-kumpanija inġenerali.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li dan jirrifletti l-ħidma kbira li qed issir mill-board, management u l-impjegati kollha tagħha. Il-kumpanija diġà kkommettiet mal-Unjoni Ewropeja li sal-aħħar tas-sena 2019 se tinvesti madwar €28 miljun biex issaħħaħ il-faċilitajiet u t-tagħmir li topera bih.

Aqra aktar

FILMAT ESKLUSSIV: Tal-biża’, iżda seta’ kellu konsegwenzi agħar

Filmat esklussiv li għandu one.com.mt juri l-inċident li seħħ fit-Triq tal-Barrani lbieraħ u li konsegwenza tiegħu, persuni ttieħdu l-isptar isofru minn ġrieħi.

Juri wkoll li seta’ kien inċident b’konsegwenzi ferm agħar, għaliex hemm pompa tal-petrol ftit passi bogħod minn fejn spiċċat il-karozza li daret minn naħa għall-oħra tat-triq.

Jidher ħiereġ maħsud u muġugħ, ix-xufier tal-vettura li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni taż-Żejtun u li meta kienet fi triqtha, sabet ma’ wiċċha karozza li b’xi mod qasmet it-triq ,li hemm central strip tifridha. Aqra aktar

Il-Kamra tal-Kummerċ tilqa’ l-isforzi biex Aġenzija Ewropea topera minn Malta

Il-Kamra għall-Kummerċ, Intrapriżi u l-Industrija laqgħet b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Gvern Malti biex l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tibda topera minn Malta. Dan fl-eventwalità li l-Aġenzija Ewropea tmexxi l-operati tagħha minn Londra, issa li r-Renju Unit bi ħsiebu jitlaq mill-Unjoni Ewropea.

L-Awtorità tal-Mediċini se tkun qed tmexxi l-applikazzjoni f’isem Malta. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tappoġja bis-sħiħ din l-inizjattiva, għaliex toffri ambizzjonijiet ġodda għal Malta.

Aqra aktar

F’GĦAWDEX: mhux biss kenn, imma anke għajnuna emozzjonali

Dar Emmaus, id-dar f’Għawdex li toffri kenn għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, se tkun qed toffri iktar għajnuna soċjali, emozzjonali u psikoloġika lir-residenti tagħha, grazzi għal ċentru tar-riżorsi ġdid fil-pjan terran tad-dar.

Dan ingħata għad dispożizzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, permezz ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni Kenn u Tama li tmexxi d-dar.

Il-ftehim ifisser ukoll li d-dar se tkun mmexxija minn bord amministrattiv. B’hekk Dar Emmaus se tmur lil hinn mill-kenn temporanju li toffri lill-vittmi ta’ vjolenza domestika.

Aqra aktar

Se jkollna multi fost l-eħrex fl-Ewropa

L-Att li jirregola l-użu tal-Blue Badge huwa pass kruċjali għall-persuni b’diżabilità u għal min jieħu ħsiebhom. Minkejja li din il-karta inħolqot snin ilu, din il-proċedura qatt ma kienet regolata b’liġi u dan seta’ ta lok għall-anomaliji u tbatija żejda.

Minħabba li qatt ma’ nħolqot proċedura li tirregola l-użu abbużiv tal-Blue Badge, l-abbużi matul is-snien żdiedu b’mod flagranti.

Aqra aktar

Bi probation wara li kixef il-ġenitali

Żagħżugħ ta’ 27 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sentejn wara li kixef il-parti ġenitali quddiem waħda mill-fattigi f’lukunda. Bogdan Valentin Arthur Alfred Cilia ammetta li f’Ġunju tal-elfejn u tlettax wettaq attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ fattiga.

Il-każ seħħ meta Cilia u sħabu marru Paceville bl-akkużat jispiċċa fis-sakra. Huma ddeċidew li jmorru jieħdu kolazzjoni fil-lukanda u f’xi ħin sħabu telqu. Dan sehh wara li huwa ra lil waħda mill-‘maids’ u beda jimxi warajha sakemm f’ħin minnhom daħal warajha f’kamra u wrieha l-parti intima tiegħu.

Sentenza sospiża wara li werwer titjijra

Bulgaru li f’Ġunju li għadda rrimarka l-kliem “Ħadd mhu se jsalva” eżatt qabel titjira, ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ġie mmultat is-somma ta’ €3,800. Dan rriżulta minn titjira minn Malta li kienet sejra Ateni meta hekk kif il-passiġġieri kienu fil-kowċ biex mit-terminal biex jaslu sa ħdejn l-ajruplan, Ivan Manolov, ta’ tnejn u ħamsin sena, instema’ jgħid il-kliem, “No-one is going to survive.”

Koppja li semgħetu, irrapportat mill-ewwel lil uffiċjali tal-ajruport li min-naħa tagħhom avżaw lill-Pulizija u l-Bulgaru ġie arrestat. L-imputat kien ilu jgħix Malta għal xi erba’ snin u huwa kien jaqsam fejn kien jgħix ma’ persuni oħra iżda ġara li sidt l-appartament keċċietu wara li nqala’ l-ġlied bejnu u bejn dawk li kien jgħix magħhom.

Aqra aktar

Jekk timpressjoni ruħek, aħjar ma tarahx

 Il-Pulizija f’Norfolk ħarġet filmat xokkanta ta’ inċident hit and run li fih raġel intlaqat u għola 15-il pied minn fejn intlaqat. Xejna li normalment taraha ġo xi film u mhux fir-realtà.

Il-filmat kien ippubblikat bit-tama li min għandu xi informazzjoni dwar min seta kien qed isuq, jgħaddiha lill-Pulizija.

Aqra aktar

Tarbija ta’ sena l-isptar wara inċident

Tarbija ta’ sena u ommha ttieħdu l-isptar għall-kura wara inċident tat-traffiku fiż-Żonqor. Għalkemm mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li ħadd minnhom ma weġġa’ gravi. L-inċident seħħ fin-niżla għaż-Żonqor f’Wied il-Għajn u fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minħabba li l-karozza inqalbet. Jidher li ma kien hemm ebda impatt ma’ vetturi oħra.

Aqra aktar

Mitluba standards ogħla għall-Belt Valletta

Infetħu diskussjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jinstab bilanċ bejn l-investiment u proġetti fil-Belt Valletta. Ic-chairman tal-fondazzjoni V18 qal li l-Belt m’għandhiex tkun sit ta’ krejnijiet, u applikazzjonijiet għal proġetti kbar għandhom ikunu limitati bejn l-2017 u l-2018.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Jason Micallef qal li kienu introdotti l-ewwel ‘intercative visial boards’ fil-Belt Valletta, li l-pubbliku jista’ juża għal sors ta’ informazzjoni u aħbarijiet lokali u internazzjonali.

Send this to a friend