One News – Page 2666 – One News

One News

Notifiki

Trump ‘jikseb in-nominazzjoni Repubblikana’

Il-Kandidat Repubblikan għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana  Donald Trump laħaq in-numru ta’ delegati li kellu bżonn biex jassigura in-nominazzjoni presidenzjali tiegħu.

L-Associated Press irrappurtat li Trump għandu l-appoġġ ta’ 1,238 delegat, wieħed iżjed mill-kwota.

Ġkieket ‘bullet proof’ u radjijiet

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi tal-UE flimkien mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħabbru li l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta se jibbenefika minn aktar minn €550,000 f’fondi mill-UE.

L-Awtorità tal-Ġestjoni approvat proġetti għall-Korp tal-Pulizija ta’ madwar €556,769 – taħt il-programm 2014-2020 mill-Fondi tas-Sigurtà Interni (ISF) – immirati lejn it-tisħiħ tal-pulizija fil-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tar-riskju.

Aqra aktar

60 sena mill-introduzzjoni tas-sigurtà soċjali

Bil-għan li tkun imfakkra s-sittin sena mit-twaqqif tas-servizz tas-sigurtà soċjali f’pajjiżna, ġie ppubblikat fuljett dwar l-istorja ta’ dan is-servizz.

L-ewwel servizz tas-sigurtà soċjali ra l-bidu tiegħu fl-1956 taħt amministrazzjoni mmexxijja mill-Perit Dom Mintoff. Il-pubblikazzjoni kienet riżultat ta’ ħidma konġunta mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jagħti dettalji dwar kif bdew is-servizzi li jsaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema Maltin.

Traġedja oħra fil-Baħar Mediterran

Fl-aħħar sigħat jidher li seħħet traġedja oħra fil-Baħar Mediterran, ’il barra mill-kosta Libjana hekk kif inqalbet dgħajsa oħra li fuqha kien hemm madwar mitt persuna. TGCOM qed tirrapporta li s’issa tilfu ħajjithom madwar tletin persuna u ħamsin oħra ġew salvati minn patrol boats tal-Unjoni Ewropea. Fuq il-post hemm ukoll il-Gwardja tal-Kosta Taljana.

Din hija t-tieni traġedja f’inqas minn 24 siegħa, hekk kif ilbieraħ inqalbet dgħajsa oħra u tilfu ħajjithom ħames immigranti oħra.

Neputi jirrakkonta t-terrur ta’ nanntu

“Biża”, “terrur” – kliem li uża n-neputi tal-mara anzjana li rabtuha ma’ poġġaman f’darha stess lbieraħ fil-Mosta.

Kien għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, fid-dawl tax-xemx, meta raġel irnexxilu jidħol f’residenza tal-mara ta’ 86 sena, u seraq ammont ta’ flus kontanti li kellha d-dar.

Aqra aktar

Servizz ta’ childcare b’xejn: “L-iktar miżura kruċjali”

Is-servizz ta’ childcare b’xejn kienet l-iktar miżura kruċjali li għenet l-ekonomija Maltija. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jindirizza konferenza aannwali ta’ Finance Malta. 

Qal li dan l-inċentiv ħoloq numru kbir ta’ nies, li fil-maġġoranza tagħhom kienu nisa, li daħlu fis-suq tax-xogħol għall-ewwel darba jew saħansitra irritornaw lura għax-xogħol.

Aqra aktar

Send this to a friend